Futbol lokali
Tarxien Rainbows iżommu posthom fil-kampjonat BOV Premier

PREMIER PLAY OFF 2017/18

Żejtun C…………0

Tarxien …………1

Play-off importanti biex inkunu nafu minn ser jilgħab fi-kampjonat Premier is-sena ddieħla. Dan wara Żejtun spiċċaw it-tielet post fil-kampjonat ta’ l-ewwel divi filwaqt li Tarxien it-tielet minn l-aħħar fil-kampjonat Premier. Żejtun jittamaw li għal l-ewwel darba fl-istorja jkunu qed jilgħabu fl-ogħla kampjonat.

2’ Żejtun – Rajna corner ta’ Żejtun u d-daqqa ta’ ras ta’ Brooke Farrugia mxelfa mid-difiża għal- corner ieħor.

8’ Tarxien jmorru fil-vantaġġ meta rajna lil Tounkara li daħal liberu u waħdu għal l-laħħar pass lejn James Brincat bix-xutt tiegħu fil-baxx ma ħafirx biex għeleb għal kollox lil Dunstan Zarb.

It-tim ta’ Alan Mifsud kienu ferm viċin li jġibu d-draw fl-10’ meta kien Carabott ferm viċin il-lasti ta’ Tarxien hemm hekk ifalli cans tajjeb.

13’ Azzjoni oħra ta’ Tarxien – Pass preċiż ta’ James Brincat għal darba oħra lejn Tounkara bil- ħarġa ferm intelligenti ta’ Dunstan Zarb GK ta’ Żejtun isalva

15’ Azzjoni oħra ferm perikoluża ta’ Tarxien meta rajna il-plejer Faria li ta pass lejn Brincat bix-Xutt ta’ Brincat għal darb oħra isalva Żarb

37’ TXN Pass preċiż ta’ Brincat lejn Tounkara żmarkat bid-daqqa ta’ ras minn l-ewwel sfurtunat taħbat mal-lasti ta’ Żejtun

41’ Azzjoni tajba ta’ Żejtun meta kien Smier li ta pass fil-vicin lejn il-captain Carabott bix-xutt tiegħu ballun imur ftit barra

52’ ZJT Daqqa ta’ ras ta’ Castano ħarġa ta’ Cassar isalva.

60’ ZJT Ferm viċin li Żejtun iġibu d-draw hawnhekk il-Cross għan-nofs bix-xutt ta’ Sato li mar ftit ogħli.

62’ ZJT Jdur tajjeb Castano b’kontroll tajjeb bix-xutt tiegħu ħareġ isalva Cassar

64’ ZJT Hawnhekk kien il GK ta Tarxien Cassar determinati b’save minn l-aqwa wara l-Cross ta’ Sato li għaddieh fid-direzzjoni ta’ Castano isalva gowl kważi ċert.

77’ Tarxien spiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta Gabriel Aquilina ġie mur l-karta l-ħamra wara t-tieni karta safra tiegħu.

84’ Zejtun ukoll kellhom jilgħabu b’ghaxar plejers meta Elland Vella li kien wieħed mis-sostituti matul il-partita wettaq it-tieni karta safra biex ir-referee Pace hemm hekk urih il-karta l-ħamra

86’ TXN il-konklużjoni ta’ Tounkara ballun li mar barra

Skor finali Tarxien 1 – Żejtun 0. Partita kkontrollata mir-referee Stefan Pace

 

Miktub minn...
Joanna Camilleri
Ġurnalista ta' TVM Sport. Għalliema tal-Edukazzjoni fiżika. Issegwi u tirraporta l-Isport lokali. Membru fl-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports. Rebbieħa ta' midalja tad-deheb fil-Judo fil-GSSE u għada attiiva bħala atleta fil-ġiri fid-distanz twal.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bejn illejla u għada tintlagħab l-aħħar ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier bi programm ta’ seba’ logħbiet, b’erbgħa jintlagħbu llejla u tlieta jintlagħbu għada. Kif tista’ tkun id-dinamika tal-aħħar ġurnata tal-istaġun? Min…

Futbol lokali

Ftit sigħat qabel l-aħħar partita tal-Kampjonat BOV Premier 2018/19, it-tmien kowċis tal-erba’ partiti kruċjali li se jiddeterminaw min jirbaħ it-titlu, min jispiċċa fir-raba’ post u min jiġi relegat, tkellmu u…

Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Aktar