Futbol lokali
FILMAT: Tasal it-tielet rebħa għal Valletta

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Gudja ………0

Valletta……1

Rebħa għat-team belti bi skor minimu fuq it-team ta’ Gudja jara lil Valletta jakkwistaw it-tielet rebħa dan l-istaġun.

L-ewwel azzjoni tal-partita waslet mat-8 minuti logħob meta pass fit-tul ta’ Dzaria lejn Fontanella li ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner mill-goaler ta’ Gudja Timothy Aquilina.

17 -il minuta azzjoni ta’ Valletta meta pass ta’ Fontanell lejn Pena Beltre b’dan tal-aħħar jara x xutt tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Mal-21 minuta Valletta jmorru fil-vantaġġ meta Fontanella jibqa’ javvanza wara li rċieva pass preċiz jaqbeż li difensur ta’ Gudja u waħdu jitfa’ l-ballun fil-baxx fir-rokna tax-xibka.

Mal-25 minuta tasal l-ewwel azzjoni ta’ Gudja meta pass lejn Rundell Winchester li min qadgħa angulata ra lil Bonello jsalva x-xutt.

Tmiem l-ewwel taqsima: Gudja 0 Valletta 1.

Mal-50 minuta Gudja jfallu ċ-ċans li jiksbu l-goal tad-draw meta pass ta’ Miranda lejn Winchester li tefa’ l ballun lejn in-nofs u Santana waħdu quddiem Cini tefa’ għoli.

53 minuta ċans ieħor għal Valletta meta cross min naħa leminja lejn Kaljevic fejn darbten bir-ras ra l-aħħar tentativ tiegħu jaħbat mal-lasti.

61 minuta għal darba oħra Gudja ċans li jiksbu l-goal ta draw meta min freekick Jonathan Bondin iniżżel bir-ras lejn Miranda li mill-viċin ra lil Cini jsalva.

Mad-90 minuta azzjoni personali ta’ Fontanella li baqa’ javvanza u waħdu mill-viċin tefa’ ferm għoli.

Tmiem il-partita: Gudja 0 Valletta 1.

Player tal-logħba: Mario Fontanella (Valletta)

Referee: Darryl Agius.

Formazzjonijiet:

Gudja: 12 Timothy Aquilina, 4 Jonathan Bondin, 9 Renold Rundell Winchester, 10 Carlos Barroso Santana, 18 Anderson De Barros, 19 Antonio Miguel Jimenes, 22 Hubert Vella, 23 Llywelyn Cremona, 25 Andreas Juan Bolanos, 27 Justin Grioli, 28, Ricardo Alan Miranda.

Valletta: 1 Henry Bonello, 4 Steve Borg, 5 Ryan Camilleri, 9 Bojan Kaljevic, 18 Enmy Pena Beltre, 19 Joseph Zerafa, 21 Ricardo Douglas Packer, 24 Rowen Muscat, 88 Irakli Dzaria, 89 Mario Fontanella, 92 Kevin Tulimieri.  

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Inizjattiva mill-Club tal-Premier ta’ Senglea Athletic hekk kif se terġa’ titwaqqaf is-Senglea Athletic Nursery. F’konferenza Stampa tħabbar li l-Club ħatar lil Davor Filipovic bħala l-Head coach ta’ din in-Nursery li…

Futbol lokali

Matul il-ġimgħa li għaddiet kompla l-kampjonat BOV Futbol tan-Nisa fejn intlagħbu 3 logħbiet. Mosta-Hibernians 1-1 Fil-partita li ntlagħbet fiċ-Charles Abela Stadium, Mosta rnexxilom jieħdu punt kontra Hibernian. Kien it-tim ta’…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena, tilef l-ewwel partita tiegħu minn Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew kontra l-Italja bi skor ta’ 2-0. Il-partita ntlagħbet fi Stadio Misano Adriatico….

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti llum telaq lejn Spanja. Malta tilgħab id-disa’ partita minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2020, il-Ġimgħa fl-istadium Ramón de Carranza, f’Cadiz. Il-partita tibda fid-8.45pm u tixxandar…

Aktar