Bowling
Tasal l-ewwel midalja tal-fidda għal Malta fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling

Sue Abela u Cynthia Frendo Duca rebħu l midalja tal-fidda fid-doubles tim tan-nisa fil-Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling li qed isiru fi Franza. B’hekk Malta rebħet l-ewwel midalja tagħha fil-Kampjonati ta’ din is-sena.

Il-koppja Maltija kellha sett mill-aqwa ta’ 6 logħbiet biex xejnet l-isfida tatt-tim Franċiż b’2 pins biss (2443 vs 2441). Abela u Frendo Duca spiċċaw bi 13-il pin wara l-koppja Taljana Roberta Farina u Melania Rossi f’kompetizzjoni eċitanti.

B’din il-wirja, Abela issa tinsab fit-tieni post ġenerali fl-all events tan-nisa filwaqt li Frendo Duca tinstab fil-11-il pożizzjoni.

Fil-kategorija tal-irġiel, Matthew Magro u Kayden Laganà spiċċaw fl-14-il post. F’din il-kategorija l-Italja rebħet id-deheb, Franza l-fidda u Spanja l-bronż. Fil-klassifika tal-all events, Magro jinsab fil-ħames post filwaqt li Laganà jinsab fit-22 post. Kayden Laganà huwa l-iżgħar kompetitur f’din il-kompetizzjoni.

Illum isiru l-kompetizzjonijiet tal-mixed doubles.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA