Futbol lokali
Tasal l-ewwel rebħa ta’ Floriana taħt it-tmexxija ta’ Luis Oliveira

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19

Hibernians…….0

Floriana…………2

Floriana jiksbu l-ewwel rebħa staġjonali meta meritatament jegħlbu l-isfida Hibernians, bl-iskor ta’ 2-0. Floriana li kienu l-aħjar tim nistgħu ngħidu tul il-partita kollha, jirnexxilhom jiksbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun, fir-ritorn tal-kowċ Luis Oliveira

10 minuta-Hibs joħolqu l-ewwel azzjoni fil-partita, meta kross mix-xellug t’Isaac Toah Ntow, jidħol Dunstan Vella, li x-xutt tiegħu jiġi ddevjat f’korner

14 minuta-Floriana jirrispondu, b’xutt ta’ Maurizio Vella, b’Hogg isalva parzjalment, b’Hibs jeħilsuha ħafif

25 minuta-Floriana jiftħu l-iskor, meta minn kross mil-lemin t’ Alexander Cini, jogħla ferm tajjeb bir-ras, Ignacio Varela, u jegħleb lil Andrew Hogg, għall-ewwel gowl ta’ Floriana f’dan l-istaġun

45+1 minuta-Hibernians joħolqu reazzjoni għall-gowl li sofrew, meta minn azzjoni li bdiet minn Jurgen Degabriele mix-xellug, jikkonkludi minn barra l-kaxxa Johann Bezzina, bix-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra

Tieni taqsima; 60 minuta-Hibs ikollhom gowl imħassar, wara li jitfa’ l-ballun fix-xibka, Tiago Adan Fonseca, pero dan tal-aħħar kien mess il-ballun b’idu, u allura l-gowl ġustament ma kienx ikkonvalidat

63 minuta-Xutt tas-sostitut ta’ Hibs Taylon Nicolas Marcolino, jiġi salvat tajjeb minn Aktpan

71 minuta-Floriana meritatament jirduppjaw, meta s-sostitut ta’ Floriana, Daniel Agius, li kien ilu ftit minuti fil-pitch, jidħol tajjeb mix-xellug, u jikkonkludi fix-xibka, għal Hibs 0-2 Floriana

80 minuta-Floriana jkollhom kross mil-lemin ta’ Juninho Cabral, biex Varela bir-ras jitfa’ għoli mil-lasti ta’ Hogg

90+2 minuta-Hibs ikollhom ċans li jiskurjaw il-gowl tal-bandiera, meta Steve Pisani iwaqqa’ lil Isaac Toah Ntow fil-kaxxa, b’Johann Bezzina pero’ jfalli mill-11-il metru, wara li jilqa’ tajjeb Inietim Atkpan

Riżultat Finali-Hibernians 0-2 Floriana

BOV Plejer tal-Partita: Johann Bezzina (Hibernians)

Referee-Philip Farrugia

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Birkirkara huma ċ-champions tal-football lokali tan-nisa għat-tielet staġun konsekuttiv wara li bi draw ma’ Hibernians żammew vantaġġ li bih ma jistgħux jintlaħqu iżjed fil-quċċata tal-klassifika. Fil-partita tal-bieraħ fis-Centenary Stadium, it-tfajliet…

Futbol lokali

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS. Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd…

Futbol lokali

Eku tal-każ ta’ Jude Amin Utulu r-referee li kien sospiż għal għomru minn kull attivita’ fil-football mis-Sotto Kumitat tad-Dixxiplina tar-Referees. Fi żvilupp il-Board tal-appell tal-MFA wara li kkunsidra l-fatti u…

Futbol lokali

Sitt plejers tal-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Dawn huma Cain Attard ta’ Birkirkara FC, Zachary Scerri ta’ Gżira United FC, Nemanja Radojevic ta’ Hibernians…

Aktar