BOV Premier League 2021/22
Tasal l-ewwel rebħa ta’ Gżira United, u Valletta jsofru t-tieni telfa konsekuttiva

KAMPJONAT BOV PREMIER 2021/22

Valletta ……………0

Gżira United……..2

Gżira jiksbu l-ewwel rebħa dan li-staġun għas-spejjeż ta’ Valletta bl-ewwel azzjoni tal-partita waslet wara 6 minuti meta il-pusses tal-ballun spiċċa għand il-player ta’ Gzira Thiago Espindola pprova jpoġġi l-ballun fix-xibka minn qadgħa angulata bil-ballun jispiċċa barra.

Fit-13-il minuta Gżira kienu sfortunati meta De Assis għadda l-ballun lil Mendoza u xutt tiegħu min 25 metru bogħod ħabat mal-minduda bil-gowler Guarnone jsalva.

39 minuta Gżira jmorru fil-vantaġġ meta freekick li-inkariga minnu Steve Pisani ballun fuq ras Steve Borg li ra l-ballun jiġi parzjalment salvat minn Guarnone bil-player De Assis waħdu quddiem Guarnone ballun jaħbat mal-lasta kif ukoll ma’ Guarnone u jispiċċa fi xibka.

Tmiem Lewwel Taqsima: Valletta 0 Gzira 1

48 minuta u tasal l-ewwel azzjopni tat-tieni taqsima meta xutt ta’ Ivan Curjuric jispiċċa barra.

50 minuta u għal darba oħra ċans għal Valletta meta pass ta’ Curjuric lejn Shaun Dimech fejn min qadgħa angulata ra x-xutt tiegħu jispiċċa barra.

64 ċans għal Gzira li jirduppjaw meta azzjoni personali ta’ Maia x-xutt tiegħu jispiċċa barra.

65 minuta Valletta jispiċċaw jilagħbu bi player anqas hekk kif il-player Pena Beltre jirritalja wara daħla ta’ Jefferson bi referre Ishmael Barbara juriħ il-karta ħamra diretta.

76 minuta u Gżira jirduppjaw meta azzjoni bejn Yuri Messiah u Espindola b’dan tal-aħħar waħdu quddiem Guarnone jitfa’ l-ballun fis-saqaf tax-xibka.

82 Gżira jfallu ċ-ċans li jiksbu t-tielet goal meta pass ta’ Messiah lejn Martin Davis u waħdu quddiem Guarnone ikkonkluda barra.

Rizultat Finali: Valletta 0 Gżira 2

Referee: Ishmael Barbara

Player ta Loghba: Jefferson De Assis (GŻIRA)

Valletta: 26 Guarnone Alessandro, 5 Camilleri Ryan, 6 Caruana Triston, 8 Arthur James, 11 Sansone Michele, 18 Pena Beltre Enmy, 20 Curjuric Ivan, 22 Micallef Isaiah, 66 Sala Eslit, 77 Prado Caio, 89 Fontanella Mario

Gzira: 1 Curmi Anthony, 3 Bohrer Mentz Gabriel, 4 Borg Steve, 6 Muscat Nikolai, 7 Pisani Steven, 19 Davis Martin, 20 Portelli Nevin, 91 Maia Maxuell, 93 Espindola Thiago, 94 De Assis Jefferson, 98 Mendoza Jackson 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.