Hockey
Tasal l-ewwel rebħa ta’ Malta fil-Kampjonati EuroHockey III

Kampjonati EuroHockey III

Malta  1-0  Litwanja

Tasal l-ewwel rebħa għal Malta fil-Kampjonati EuroHockey li qegħdin isiru Lousada, il-Portugall. Malta spiċċat fl-aħħar post ta’ Pool A u allura llum lagħbet kontra min ġie t-tielet f’Pool B, jiġifieri l-Litwanja.

Malta ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, gowl li kien skurjat fit-tieni taqsima minn Keith Bajada.

Il-plejers Maltin jerġgħu jkunu fl-azzjoni għada għall-aħħar logħba ta’ dawn il-Kampjonati fil-11:15 kontra l-Islovakkja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA