Futbol lokali
Tasal ukoll ir-raba’ rebħa għal Ħamrun

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

Gudja……… 0

Ħamrun……1

Tlett punti importanti għal Ħamrun kontra Gudja f’logħba li offriet bosta azzjonijiet. Lewwel azzjoni tal-partita tasal wara 8 minuti logħob meta azzjoni personali ta’ Marcelo Barbosa li baqa javvanza u minn barra l-kaxxa ra x-xutt tiegħu jiġi mdawwar f’corner.

Mal-15 il-minuta għal darba oħra Ħamrun meta cross ta Karl Micallef ballun fuq Sasere li bir-ras ballun jgħaddi jħokk mal- lasti.

Fil-25 minuta pass ta’ Abdullahi lejn Sasere b’dan ta laħħar jara x-xutt tiegħu jaħbat mal- lasti u jispiċċa barra. Fid-39 minuta għal darba oħra ikun Sasere li waħdu quddiem il-goaler ta’ Gudja Glenn Zammit jikkonkludi barra.

Biex fil-45 minuta tasal l-ewwel azzjoni ta’ Gudja meta d-difiza ta’ Ħamrun tikklerja ħazin,  ballun jispiċċa għand Mensah u min qagħda angulata tefa’ l-ballun barra.

Fit- tieni taqsima Ħamrun joħorġu fuq l-attakk u għal darb’oħra jerġgħu jkunu viċin li jmorru fil-vantaġġ meta fit-53 minuta Barbosa jara x-xutt angolat tiegħu jaħbat mal-mimduda.

Mad-59 minuta Ħamrun jispiċċaw bi player anqas meta Gojkovic jiġi muri t-tieni karta safra. U fis-66 minuta Gudja viċin li jmorru fil-vantaġġ meta corner ta’ Yuri Messiah lejn in-nofs jidħol tajjeb Silva li bir-ras ra l-ballun jaħbat mal-mimduda.

70 minuta u z-zewġ timijiet jiġu f’parita’ numerika hekk kif Silva Mota jiġi muri ukoll t-tieni karta safra. Minuta wara ċans għal Gudja meta pass ta’ Messias lejn Aiden Friggieri li minn barra l-kaxxa jara lil Sanchez isalva b’diffikulta bil-ballun jispiċċa f’corner.

Fit-88 Minuta u Ħamrun imorru fil-vantaġġ pass ta Guillaumier lejn Barbosa u mill-viċin dan poġġa l-ballun fir-rokna tax-xibka

Riżultat Finali: Gudja Utd. 0 Ħamrun S. 1

Player tal- Loghba: Aiden Jake Friggieri (Gudja)

Referee: Matthew De Gabriele

Gudja United: Glen Zammit, Jurgen Farrugia, Yuri Messias, Aidan Friggieri, Llyeweln Cremona, Gabriel Mensah, Dale Camilleri, Imanol Gonzalez, James Brincat, Andres Bolanos, Patrick Silva Mota.

Ħamrun Spartans: Gulliermo Sanches, Darko Gojkovic, Matthew Guillaumier, Joseph Mbong, Olanitiori Sasere, Ige Adeshine, Elkin Serrano, Juan Corbolan, Karl Micallef, Marcelo Barbosa, Emerson Marcelina

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League