Futbol lokali
Tazza BOV GFA: il-finali għall-ewwel darba diretta fuq TVM2
Nhar l-Erbgħa s-semifinali, il-finali nhar il-Ħadd 5 ta' Mejju fil-Gozo Stadium

TVMSport bi pjaċir jista’ jħabbar li l-finali tat-Tazza BOV GFA ta’ din is-sena, għall-ewwel darba fl-istorja tal-kompetizzjoni se tintwera diretta fuq l-istazzjonijiet tal-PBS.

Il-finali se tintlagħab fil-Gozo Stadium nhar il-Ħadd 5 ta’ Mejju u tniżżel is-siparju fuq l-istaġun tal-football Għawdxi.

Il-finalisti għadhom mhux magħrufa billi għad iridu jikkwalfikaw miż-żewġ semifinali ta’ bħal-lum ġimgħa, nhar l-Erbgħa l-1 ta’ Mejju, dejjem fil-Gozo Stadium: Nadur Youngsters kontra Munxar Falcons: u warajha l-holders Xewkija Tigers kontra ċ-champions inkurunati ġodda Victoria Hotspurs.

Il-kick-off tal-finali jkun fit-3 u jagħti bidu għal nofs ta’ nhar intensiv ta’ football fuq TVM2 billi eżatt wara tixxandar ukoll il-play-off għal post fil-Kampjonat Premier Malti bejn it-team li jispiċċa t-tielet mill-aħħar fil-premier, u t-team li jispiċċa t-tielet fl-ewwel diviżjoni.

Il-finali tat-Tazza BOV GFA se titwassal lill-pubbliku Għawdxi u Malti bil-kollaborazzjoni tal-Gozo Football Association, il-Ministeru għal Għawdex, u l-Bank of Valletta.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sliema Wanderers ħabbru li akkwistaw lill-plejer mill-Arġentina Juan Cruz Gill. Id-difensur, li għandu wkoll ċittadinanza Taljana, lagħab f’pajjiżna ma’ Valletta u Tarxien Rainbows. Fil-passat, Crus Gill lagħab fil-Premier Division fl-Arġentina…

Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Futbol lokali

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1. Valletta kellhom…

Aktar