Futbol internazzjonali
Tazza Franċiża: Guingamp jaħsdu lill-PSG fil-kwartifinali u jirbħulhom fil-ħin barrani

Sorpriża fit-Tazza Franċiża meta t-tim ta’ Guingamp eliminaw liċ-ċampjins renjanti PSG bil-penalties. Għall-Pariġini din kienet doċċa kiesħa mhux mistennija, għaliex wara li rebħu din it-tazza ħames darbiet infila u s’issa għadhom ma tilfux logħba waħda fil-kampjonat, din il-kwartifinali kienet pjuttost logħba oħra li PSG kellhom jirbħu bla diffikultà. Dan meta wieħed iqis li PSG jinsabu fil-quċċata ta’ Ligue Un filwaqt li Guingamp jinsabu n-naħa l-oħra, fil-qiegħ tal-klassifika.

Guingamp irnexxilhom iwasslu lil PSG sal-ħin barrani u kien penalty li poġġihom fis-semifinali tat-Tazza Franċiża. Mal-61 minuta Guingamp fallew iċ-ċans li jmorru fil-vantaġġ, meta mill-11-il metru Thuram falla, b’Neymar jiskorja n-naħa l-oħra bir-ras żewġ minuti wara u għamilhom 1-0. Guingamp kellhom ċans ieħor mill-11-il metru fil-81 minuta u din id-darba Ngbakoto ma żbaljax u għamel ir-riżultat 1-1 biex il-logħba kellha tmur fil-ħin barrani.

Fit-93 minuta, Guingamp ingħataw it-tielet penalty tal-logħba, u Thuram reġa’ ttanta xortih, u din id-darba tefa’ fix-xibka biex poġġa lit-tim tiegħu għall-ewwel darba minn fuq, vantaġġ li żammewh sal-120 minuta u allura għamluha sal-finali. Fl-aħħar sekondi tal-logħba qamet xi ftit tal-kommossjoni meta Veratti deher jaqa’ fil-kaxxa imma r-referee ħalla l-logħob għaddej, biss kellu jammoni lil Neymar, Cavani u l-istess Veratti minħabba l-protesti tagħhom.

Issa Guingamp ingħaqdu ma’ Bordeaux, Monaco u Strasbourg fl-aħħar erbgħa, u b’din ir-rebħa huma waqqfu lill-PSG wara 20 logħba mhux megħluba fil-kompetizzjonijiet domestiċi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar