Basketball
Tazza Louis Borg – Starlites GIG u Hibernians jibdew bir-rebħ

Il-bieraħ fil-Padiljun tal-Isport f’Ta’ Qali bdiet tintlagħab il-Finali tat-Tazza Louis Borg kemm fil-kategorija tal-Irġiel kif ukoll tan-Nisa. Fil-finali tal-Irġiel Starlites Gig kisbu rebħa minima fuq Gżira Athleta bil-punteġġ ta’ 74 għal 72. L-aħjar skorers għal Starlites kien Jordan Stotts bi 28 punt u Cameron Ward bi 23 punt. Għal Athleta Connell Crossland għamel 20 punt filwaqt li Julio Guity dsatax.

Fil-kategorija tan-Nisa rebħa komda għal Hibernians li għelbu lil Depiro 82 għal 43. Amelia Simmons tkun l-aħjar skorer għal Hibernians b’nofs il-punteġġ 41 filwaqt li għal Depiro Gaby Mifsud b’14 il-punt.

It-tieni logħba ta’ dawn il-finali jintlagħbu għada l-Ħadd.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Komplew l-impenji tat-timijiet Maltin tal-basketball ta’ taħt it-18-il sena fil-kampjonati Ewropej Diviżjoni Ċ li qed isiru f’Andorra. Fil-logħbiet tal-lum it-tieni rebħa konsekutiiva għat-tfajliet u t-tieni telfa konsekuttiva għas-subien. It-tim nazzjonali…

Basketball

Starlites GIG huma champions tal-basketball tan-nisa għall-ewwel darba fl-istorja tal-club wara li fil-playoff deċiżiva għall-Kampjonat Mapfre MSV Life għelbu lil Hibernians 73 – 69 biex rebħu s-serje ta’ playoffs 3-2….

Basketball

Gżira Athleta huma ċ-Champions il-ġodda tal-Kampjonat BOV irġiel tal-ewwel diviżjoni meta ħadu t-tielet rebħa minn tlieta fuq Hibernians.      

Basketball

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Hekk kif fadal inqas minn 26 ġurnata għal bidu tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-logħob li se jsiru fil-Montenegro għada l-Kumitat Olimpiku Malti mistenni jagħti aktar dettalji…

Aktar