Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018 – Belġju jegħlbu lill-Ingliżi u jirbħu l-Play Off għat-tielet post

Play Off għat-Tielet post
Belġju ………… 2
Ingilterra ……. 0
Belġju rebħu l-Play Off għat-tielet post meta b’goal f’kull taqsima għelbu lill-Ingilterra 2-0.

Iż-żewġ semifinalisti telliefa iltaqgħu f’Saint Petersburg f’din il-finali bi ftit jew xejn interess, żvolħiet f’partita sabiħa bil-ballun tiela’ u niżel u l-Belġjani kkastigaw bil-goal li għalaq il-logħba fl-aħjar ħin għall-Ingliżi lejn tmiem il-konfront.

Diversi bidliet minn Gareth Southgate fil-formazzjoni Ngliża hekk kif inkluda fl-ewwel ħdax players bħal Phil Jones, Danny Rose u Fabian Delph.

Belġju fil-vantaġġ wara biss erba’ minuti meta minn fuq ix-xellug Nacer Chadli xeħet kross, daħal bħal vleġġa l-midfielder ta’ Paris St. Germain Thomas Meunier li minn żewġ passi għeleb lill-goalkeeper Ingliż Jordan Pickford.

Fil-ħmistax-il minuta reazzjoni Ngliża bi kross minn fuq il-lemin ta’ Kieran Trippier, bir-ras Ruben Loftus-Cheek impenja lill-goalkeeper Belġjan li salva mingħajr diffikulta.

Ħamsa u għoxrin minuta reazzjoni Ngliża meta xutt ta’ Harry Kane għadda ftit barra mill-lasti tal-goalkeeper Thibaut Courtois.

Ħamsa u ħamsin minuta kross shot ta’ Jesse Lingard, iżda ballun b’saħħtu wisq għal Harry Kane li wasal tard.

Sebgħin minuta l-aħjar ċans għall-Ingilterra li jġibu l-goal tad-draw meta f’azzjoni veloċi, ballun għand Eric Dier li kkonkluda għal ġewwa, iżda sieħbu ta’ Tottenham Toby Alderweireld qala l-ballun minn fuq il-linja biex evita goal ċert.

Tliet minuti wara reġa kien Lingard li ta lejn Dier, din id-darba konklużjoni bir-ras tgħaddi ftit barra.

Tmenin minuta azzjoni brillanti f’kontrattakk tal-Belġju, one touch football fl-aqwatieghu, finalment kordinazzjoni perfetta min-naħa ta’ Thomas Meunier, li iżda din id-darba ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Everton Jordan Pickford.

Belġju għalqu l-logħba bit-tieni goal fit-tnejn u tmenin minuta meta Kevin De Bruyne ta lejn Eden Hazard li b’konklużjoni ċentrali għamel l-iskor finali f’Saint Petersburg f’din il-Play Off għat-Tielet post, Belġju tnejn, Ingilterra xejn.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fid-derby ta’ Manchester il-Ħadd li għadda, kienu ħafna li tkellmu dwar kif il-maniġer Pep Guardiola beda b’seba’ plejers li xtara hu stess kemm ilu mal-klabb, filwaqt li Jose Mourinho għażel…

Futbol internazzjonali

Kienet lejla li żgur irid jinsa malajr dik tal-Ħadd li għadda, għaliex għal Gonzalo Higuain l-affarijiet ma setgħux imorru aktar ħażin milli marru. Bħalissa Higuain jinsab ma’ Milan, b’sena self…

Futbol internazzjonali

Il-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol aċċettat l-ingaġġ permanenti ta’ Santiago Solari bħala l-kowċ il-ġdid ta’ Real Madrid. Minn mindu ħa lit-tim f’idejh l-Arġentin, Real irnexxilhom jirbħu l-erba’ logħbiet li lagħbu fi żmien…

Aktar