Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Diversi timijiet jitħarrġu qabel l-ewwel logħba tagħhom

It-tim nazzjonali Russu kellu sessjoni ta’ taħriġ fil-Luzhniki Stadium f’Moska, jumejn qabel il-logħba inawgurali kontra l-Arabja Sawdija. Il-plejers Russi ammettew li għadhom qegħdin jistudjaw bir-reqqa lill-avversarji, meta se jkunu l-aktar żewġ timijiet li jinsabu lura fir-rankings tal-FIFA, l-Arabja Sawdija fis-67 post, bir-Russja tliet postijiet warajhom, fis-70. Ir-Russi ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar seba’ logħbiet, u allura mhemm l-ebda aspettazzjoni żejda fuq il-wirjiet tal-kowċ Stanislav Cherchesov. Il-partitarji Russi qegħdin iqisu li diġa’ jkun suċċess fih innifsu jekk kemm-il darba t-tim ta’ pajjiżhom jirnexxielu jagħmilha minn Grupp A.

Anke l-Arabja Sawdija tħarrġu fiż-Zenit Stadium f’San Pietruburgu t-Tlieta. It-tim tal-kowċ Juan Antonio Pizzi se jidhru għall-ewwel darba f’Tazza tad-Dinja sa mill-2006, meta spiċċaw eliminati fil-fażi tal-gruppi għat-tielet darba konsekuttiva. Il-kowċ Pizzi, li huwa mill-Arġentina, ilu jmexxi lit-tim tal-Arabja Sawdija sa minn Novembru tas-sena l-oħra, fejn qabel mexxa lit-tim taċ-Ċili fil-Copa America Centario u l-finali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. It-tim tal-Arabja Sawdija jrid li jkollu riżultat pożittiv il-Ħamis, bil-logħba mistennija tkun dik mal-pajjiż Għarbi l-ieħor, l-Eġittu, li żgur se tkun l-aktar logħba segwitha fil-Lvant Nofsani.

U t-tim tal-Brażil kellhom l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ f’Sochi, bi preparazzjoni għall-ewwel logħba tagħhom il-Ħadd li ġej kontra l-Iżvizzera. Mijiet ta’ partitarji nġabru sabiex isegwu lit-tim favorit tagħhom waqt it-taħriġ, u jidher ukoll li l-istilla Neymar qiegħed dejjem ġej fl-aqwa tiegħu meta fi Frar li għadda weġġa’ saqajh. S’issa l-Brażil ma tilfux logħba uffiċjali taħt it-tmexxija tal-kowċ Tite, li ilu jmexxi lit-tim sa minn Ġunju 2016. L-uniku logħba li tilef Tite kienet waħda ta’ ħbiberija kontra l-Arġentina, bl-iskor ta’ 1-0 is-sena l-oħra.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp A Russja ….. 3 Eġittu ….. 1 F’Saint Petersburg Stadium jibda t-Tieni Round ta’ logħob, l-attenzjoni lura fuq Grupp A hekk kif ir-Russja sar l-ewwel…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp Ħ Polonja ….. 1 Senegal …… 2 Bidu qawwi għas-Senegal li għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-1. Fil-formazzjoni tas-Senegal id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

GRUPP Ħ Kolumbja … 1 Ġappun …. 2 Il-Ġappun ħasdu lil Kolumbja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fil-ftuħ ta’ Grupp Ħ. Vantaġġ kmieni għal Ġappun, hands fil-kaxxa ta’ Carlos Sanchez…

Aktar