Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018 – Franza fil-KF wara li eliminaw lill-Arġentina f’partita b’seba’ goals

Tazza tad-Dinja 2018
Fażi l-aħħar Sittax
Franza ……… 4
Arġentina …. 3

Franza fil-Kwarti Finali wara li f’partita kbira f’Kazan għelbu lill-Arġentina 4-3.

Vantaġġ Franċiż fit-tlettax-il minuta meta żball f’nofs il-ground għall-Arġentina, ballun f’saqajn Kylian Mbappe li b’ġirja nkredibbli qata d-difiża kollha tal-Arġentina sakemm inżamm minn Marcos Rojo bl-ewwel kuntatt jasal barra l-kaxxa iżda r-referee Iranjan ordna penalty li minnu Antoine Griezmann, ballun fuq naħa, goalkeeper Arġentin Franco Armani naħa l-oħra, Franza b’vantaġġ bikri.

Reazzjoni għall-Arġentina qabel il-mistrieħ meta fit-tnejn u erbgħin minuta Angel Di Maria venven xutt mill-isbaħ min madwar tletin metru bogħod li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Hugo Lloris.

Ftuħ tat-tieni taqsima, tmienja u erbgħin minuta Arġentina għall-ewwel darba fil-vantaġġ meta freekick minn fuq ix-xellug, Lionel Messi ttanta xortiħ, ballun imxellef fix-xibka mid-difensur ta’ Sevilla Gabriel Mercado, goalkeeper Franċiż megħlub, 2-1 għall-Albiceleste.

Vantaġġ li iżda s-Sud Amerikani gawdewħ biss għaxar minuti għaliex b’dak li faċilment jista’ jitqies fost l-isbaħ goals tal-kompetizzjoni s’issa, Lucas Hernandez xeħet kross minn fuq ix-xellug li ma’ ħadu ħadd, ballun għand Benjamin Pavard li bi ġmiel ta’ xutt minn barra l-kaxxa għas-saqaf tax-xibka għeleb lil Armani fil-lasti tal-Arġentina.

Franza mill-ġdid fil-vantaġġ fl-erbgħa u sittin minuta meta reġa kien Hernandez perikoluż minn fuq ix-xellug, konfużjoni fil-kaxxa, finalment b’xutt mill-viċin, Kylian Mbappe għeleb lil Armani.

Sebgħin minuta poker Franċiż, azzjoni veloċi li bdiet mill-goalkeeper tagħhom, Olivier Giroud ta ‘l quddiem lejn Kylian Mbappe li b’konklużjoni għar-rokna spara l-ballun fix-xibka.

Fil-ħin miżjud konsolazzjoni għall-Arġentina Messi ta lejn Sergio Aguero li bir-ras għamel l-iskor finali fil-Kazan Arena, Franza erbgħa, Arġentina tlieta.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A 2019/20 Riżultati tat-3 ġurnata Genoa 1 – 2 Atalanta Brescia 3 – 4 Bologna Parma 1 – 3 Cagliari Spal 2 – 1 Lazio AS Roma 4 – 2 Sassuolo

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej. Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet…

Futbol internazzjonali

Il-bieraħ komplew jintlagħbu aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2020 fejn il-Ġermanja kisbu rebħa importanti kontra l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li mill-istess Grupp l-Olanda komplew għaddejjin bir-rebħ. Dawn kienu r-riżultati…

Aktar