Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Għada jibda l-logħob tal-aħħar sittax

Minn għada tibda t-tieni fażi ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, fejn fl-4pm Franza jilagħbu kontra l-Arġentina fil-Kazan Arena. La Albiceleste tħarrġu għall-aħħar darba qabel il-logħba fil-bażi ta’ Bronnitsy, qabel qabdu triqithom għal Kazan. Wara kedda biex għamluha minn Grupp D, it-tim ta’ Jorge Sampaoli jridu rebħa biex jevitaw li jkunu l-ewwel tim eliminat minn din il-fażi.

Min-naħa tagħhom Franza qegħdin jgħidu li għandhom diversi għażliet dwar kif jistgħu jwaqqfu lil Messi, biss skont il-kowċ Deschamps l-Arġentina jafu jdawru l-logħba f’tebqa t’għajn. Benjamin Mendy se jkun nieqes għal Franza minħabba li weġġa’ l-muskolu u għalkemm huma rnexxilhom jirbħu l-grupp bla wisq diffikulta’, wara d-draw mad-Danimarka qamu diversi mistoqsijiet dwar l-attakk Franċiż qabel il-logħba tas-Sibt.

Fil-logħba l-oħra, l-Urugwaj jilagħbu kontra l-Portugall fil-Fisht Stadium ta’ Sochi, logħba li tibda fit-8pm. Il-plejers Portugiżi tħarrġu fil-bażi tagħhom, ftit ‘il barra minn Moska, wara li għaddew mal-aħħar sittax billi spiċċaw it-tieni fi Grupp B. L-Urugwaj, permezz tal-coach Oscar Tabarez u l-plejer Luis Suarez, f’konferenza tal-aħbarijiet qalu li huma lesti għal-logħba tas-Sibt u jemmnu li għandhom materjal biżżejjed biex jipprogressaw għall-kwartifinali.

Għaldaqstant, għada fl-4pm fuq TVM, Franza – Arġentina u fit-8pm fuq TVM2, Urugwaj – Portugall.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar