Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Ibrahimovic jgħid li tkun qed taħli l-ħin jekk tara l-logħob

“The World Cup without me is not worth watching”, dan kien il-kliem tal-ex-attakkant Żvediż Zlatan Ibrahimovic ftit tas-sigħat qabel ingħata bidu għat-Tazza tad-Dinja 2018.

L-attakkant, li ċertament ma jbatiex minn kumplessita’ inferjuri, kien qiegħed jirrepeti dak li qal lura fl-2013, meta kien uża l-istess kliem meta l-Portugall kienu eliminaw lill-Iżvezja fil-play-offs għat-Tazza tad-Dinja 2014 li saret fil-Brażil. Din id-darba, għalkemm l-Iżvezja jinsabu jikkompetu fit-Tazza tad-Dinja, huwa ma kienx magħżul meta għandu 36 sena.

Fil-karriera tiegħu mat-tim Żvediż, Ibrahimovich skorja 62 gowl f’116-il logħba. Hu qal li qed jistenna xi ħaġa speċjali mill-Brażil, li jridu jqumu mill-ħmar il-lejl ta’ erba’ snin ilu meta dabbru sebgħa kontra l-Ġermanja fis-semifinali.

L-Iżvezja jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom fi Grupp F kontra l-Korea t’Isfel nhar it-Tnejn 18 ta’ Ġunju, qabel ma’ jilagħbu mal-Ġermanja u l-Messiku.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Aktar