Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Id-dettalji taċ-ċerimonja tal-ftuħ

Il-Ħamis li ġej, eżatt qabel l-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja 2018, tliet stilel internazzjonali huma mistennija li joħolqu spettaklu fil-Luzhniki Stadium ta’ Moska. Il-kantant popolari Robbie Williams se jingħaqad mas-Sopran Russa Aida Garifullina, filwaqt li l-Brażiljan Ronaldo se jkun qiegħed jippreżenta l-glorja tal-futbol li kull plejer jittama li jilħaq fil-15 ta’ Lulju li ġej.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ se jkollha format xi ftit differenti mill-edizzjoniiet ta’ qabel. Fil-fatt, din id-darba, iċ-ċerimonja se tiffoka fuq il-mużika u se tibda nofs siegħa biss qabel ma’ tibda l-ewwel logħba. Felix Mikhailov huwa d-direttur artistiku taċ-ċerimonja tal-ftuħ, l-istess direttur li ħa ħsieb iċ-ċerimonji prinċipali ta’ din l-edizzjoni, sa mill-ewwel polza fl-2015.

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tistgħu ssegwuha fuq TVM2 nhar il-Ħamis li ġej u tibda fl-4:30pm, filwaqt li nofs siegħa wara r-Russja jilagħbu kontra l-Arabja Sawdija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Żgur li bħalissa, diskussjoni li qiegħda tqum bejn diversi partitarji tal-futbol, hija dwar l-użu tal-VAR (Video Assistant Referee). Din is-sistema qiegħda tintuża’ għall-ewwel darba f’edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, u s’issa diġa’ ttieħdu…

Aktar