Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018: Ikomplu jaslu aktar timijiet ir-Russja

Sitt ijiem qabel il-ftuħ tat-tazza tad-Dinja, ikomplu jaslu t-timijiet li fir-Russja biex jibdew jiffamiljarizzaw ruħhom mal-faċilitajiet u mal-ambjent Russu. Fost l-ewwel li waslu hemm it-tim Spanjol, meqjus minn ħafna bħala fost il-favoriti ewlenin għar-rebħa finali.

Immexxija minn Julen Lopetegui l-Ispanjoli se jkunu qed ifittxu t-tieni suċċess tagħhom wara t-trijonf li kellhom fl-afrika t’Isfel tmien snin ilu. Spanja se jkunu bażati fil-belt ta’ Krasnodar u jiddebuttaw f’logħba mistennija kontra ċ-champions ewropej il-Portugall fil-15 ta’ Ġunju f’Sochi. Spanja jinsabu fi Grupp B flimkien mal-marokk u l-Iran minbarra l-Portugall. Spanja jkollha t-tieni mpenn tagħha f’Kazan kontyra l-Iran u jtemmu l-imepnji tal-ewwel rawnd f’kaliningrad kontra l-Marokk fil-25 ta’ Ġunju.

Kontinġent ieħor li wasal ir-russja hu dak tal-Panama, fid-debutt assolut tagħhom fit-Tazza tad-Dinja. Huma waslu fil-belt ta’ Saransk. Il-Panama għaddew mill-grupp tal-CONCACAF fejn eliminaw lill-Honduras u lill-Istati Uniti.
Il-Panama jinsabu fi Grupp D, b’avversarji diffiċli bħall-Belġju u l-Ingilterra. Huma jiddebuttaw fit-18 ta’ Ġunju f’Swochi kontra l-belġju, bit-tieni mpenn tagħhom ikun kontra l-Inguilterra f’Novgorod. Il-Panam jtermmu l-impenji tagħhom kontra t-Tiuneżija f’Saransk fit-28 ta’ Ġunju.

U propju l-aħħar avversarji tal-Panam, t-Tuneżija wkoll waslu r-Russja fil-belt ta’ Krasnodar fejun se jilagħbu wkoll l-aħħar ;ogħba ta’ ħbiberija kontra Spanja qabel imorru fiż-żona ta’ Moska fejn se jkollhom il-bażi tagħhom.

It-Tuneżija tiftaħ l-impenji tagħha fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Ingilterra f’Volgograd fit-18 ta’ Ġunju. Fl-iskwadra Tuneżina hemm ukoll l-attakkant Wahbi Khazri li jinsab f’tellieqa kontra l-ħin jkipprova jirkupra minn injury.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar