Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018 – il-Brażil jirbħu b’żewġ goals fil-ħin miżjud

Tazza tad-Dinja 2018

Grupp E f’St.Petersburg

Brażil ………….. 2
Kosta Rika …… 0

Żewġ goals fil-ħin miżjud taw l-ewwel rebħa lil Brażil f’din it-Tazza tad-Dinja meta f’logħba ferm iktar diffiċli milli mistenni huma għelbu lil Kosta Rika bl-iskor ta’ 2-0.

Fl-ewwel taqsima logħob maqsum bil-Brażil xi ftit aħjar.

Tlettax-il minuta Kosta Rika viċin il-vantaġġ meta wara azzjoni veloċi fuq il-lemin Cristian Gamboa xeħet għan-nofs fejn kien hemm Celso Borges, iżda l-konklużjoni tal-attakkant ta’ Deportivo La Coruña għaddiet biss ċentimetri l-bogħod mil-lasti tal-goalkeeper Brażiljan Alisson Becker.

Wieħed u erbgħin minuta Marcelo ttanta xortiħ minn ċerta distanza, iżda x-xutt tiegħu ġie salvatg mingħajr wisq diffikulta minn sieħbu tal-klabb Champions tal-Ewropa, Keylor Navas.

Ftuħ tat-tieni taqsima Brażil aktar perikolużi, fil-ftuħ l-ewwel fil-ħamsin minuta daqqa ta’ ras ta’ Gabriel Jesus tistampa mal-lasta l-minduda, ftit wara sebgħa u ħamsin minuta, b’wieħed mill-isbaħ saves tat-Tazza tad-Dinja s’issa l-goalkeeper ta’ Real Madrid Keylor Navas ċaħħad lil Neymar b’save spettakolari fkorner wara konklużjoni ċentrali tal-attakkant ta’ Paris Saint. Germain.

Tkompli l-pressjoni Brażiljana, tnejn u sebgħin minuta, Neymarapprofitta minn inċertezza fid-difiża avversarja, iżda x-xutt bid-dawra tiegħu minn tar fil-kaxxa gġħaddac ftit barra.

Disgħa u sebgħin minuta ll-VAR reġgħet kienet strumentali meta wara li r-referee ordna penalty għal kuntatt minimu fuq Neymar, id-deċiżjoi ġustament ġiet reveduta hekk kif deher evidenti li l-Brażiljan prova jinganna bir-referee li kien ftit passi l-bogħo minnu.

Logħba riesqa lejn draw sakemm fil-wieħed u disgħin minuta, ballun minn fuq ix-xellug, Roberto Firmino niżżel bir-ras lejn l-ex sieħbu ma’ Liverpool Philippe Coutinho li minn żewġ passi ma’ żbaljax.

Seba’ minuti fuq id-disgħin minuta, Douglas Costa qassam lejn Neymar, għalih logħob tat-tfal meta ddepożita l-ballun fix-xibka, għal skor finali quddiem ħamsa u sittin elf spettatur fis-St.Petersburg Stadium, minn Grupp E, Brażil tnejn, Kosta Rika xejn, referee – BJÖRN KUIPERS tal-federazzjoni Olandiża.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mesut Ozil, il-midfielder ta’ Arsenal u tal-Ġermanja rtira mit-tim nazzjonali minħabba dak li qed isejjaħ hu stess ‘razziżmu u diżrispett’. Ozil hu ta’ oriġini Torka u kien kritikat ħafna mill-poplu…

Futbol internazzjonali

AC Milan se jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej. Dan wara li aktar kmieni llum, rebħu l-appell li kellhom quddiem il-Court of Arbitration for Sport, il-CAS, wara li kissru…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Kesla…..2 Balzan…1 (Balzan kwalifikati b’aggregate ta’ 5-3) Balzan ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League anki jekk tilfu bi skor ta’ 2-1 kontra Kesla fl-Ażerbajġan. Balzan…

Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Chelsea Gianfranco Zola irritorna mal-ex klabb tiegħu f’Londra bħala assistant manager ta’ Maurizio Sarri. Zola kien għamel seba’ snin jilgħab fi Stambford Bridge fejn skorja 80 gowl…

Aktar