Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Il-plejers Ewropej jirbħu l-aqwa unuri ta’ din l-edizzjoni

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni u allura kienu kollha Ewropej. Il-Kroat Luka Modric rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tat-tournament, filwaqt li l-Franċiż Kylian Mbappe rebaħ l-unur tal-aqwa plejer żagħżugħ ta’ din il-kompetizzjoni. L-Ingliż Harry Kane rebaħ il-ballun tad-deheb bis-sitt goals li skurja għall-Ingilterra, filwaqt li l-goalkeeper Belġjan Thibaut Courtois rebaħ l-unur tal-aqwa goalkeeper meta f’seba’ logħbiet huwa qala’ biss sitt goals.

 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Aktar