Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018: Il-Prinċep William iżur lit-tim nazzjonali Ingliż

Il-Prinċep William kellu żjara mat-tim nazzjonali Ingliż matul il-ġurnata tal-bieraħ qabel ma t-tim iħalli l-Ingilterra lejn ir-Russja.

L-Ingilterra jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra l-Kosta Rika f’Leeds fid-9.00pm illejla.

Prinċep William, li hu wkoll il-President tal-FA Ingliża, mar Yorkshire fejn hemm ibbażat it-tim nazzjonali Ingliż biex jattendi għal sessjoni ta’ taħriġ.

Mat-tim nazzjonali Ingliż kien hemm jitħarreġ Danny Rose li fl-aħħar jiem kien fl-aħbarijiet wara li żvela li kien għaddej minn żminijiet diffiċli ta’ dipressjoni.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Aktar