Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018: In-Niġerja jibdew it-taħriġ qabel jitilqu lejn ir-Russja

In-Niġerja bdew il-preparazzjoni wkoll hekk kif it-tim nazzjonali ngħaqad għal xi jiem qabel ma jħalli l-pajjiż għar-Russja.

In-Niġerja huma l-uniku tim Afrikan li se jkun qed jerġa’ jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja wara erba’ snin ilu.

In-Niġerja ttellgħu fil-Grupp flimkien mal-Arġentina għall-ħames darba minn sitta. Fl-2014, huma spiċċaw fit-tieni post wara l-Arġentina u kkwalifikaw għal mal-aħħar 16 sakemm ġew eliminati minn Franza.

Is-Super Eagles, fl-aħħar partiti ta’ ħbiberija għelbu lill-istess Arġentina u lill-Polonja.

Qabel ma jitilqu lejn ir-Russja, huma għandhom pjanata partita ta’ ħbiberija kontra l-Kongo fit-28 Mejju u kontra l-Ingilterra fit-2 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-FIFA ingħaqdet mal-kumplament tad-dinja billi waslet il-vuċi tagħha wkoll għall-mewt tal-Amerikan George Floyd li nqatel mill-Pulizija ta’ Minneapolis fil-ħin li kien arrestat. Il-FIFA, flimkien ma’ diversi kampjonati, timijiet u plejers…

Futbol internazzjonali

Il-klabb Tork ta’ Trabzonspor ingħataw sena sospensjoni mill-futbol Ewropew minħabba li kisru r-regolamenti tal-Financial Fair Play. Il-UEFA qalet li l-leaders tal-kampjonat Tork naqsu li jilħqu ftehim li kellhom tal-2016, meta…

Futbol internazzjonali

Il-futbol Spanjol se jkun qed jibda ġurnata qabel mill-ġurnata pjanata tal-11 ta’ Ġunju minħabba l-partita mit-Tieni Diviżjoni bejn Rayo Vallecano u Albacete li kienet ġiet abbandunata. Il-partita kienet ġiet abbandunata…

Futbol internazzjonali

Tottenham Hotspur ikkonfermaw każ ta’ coronavirus. Dan il-każ ħareġ fl-aħħar rawnd ta’ testijiet li saru fuq il-plejers tal-Premier League Ingliż. Fi stqarrija, il-klabb ta’ Tottenham qal li minħabba kunfidenzjalità medika,…

Aktar