Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Ir-Refuġjati jilagħbu fil-Pjazza l-Ħamra ta’ Moska

It-Tlieta filgħodu, diversi refuġjati lagħbu logħba flimkien fil-Pjazza l-Ħamra ta’ Moska, bil-għan li jintefa’ aktar dawl fuq is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni fir-Russja. Refuġjati mis-Sirja, l-Afganistan, il-Kamerun, iż-Żimbabwe u l-Kosta tal-Avorju ffurmaw timijiet ta’ nazzjonalitajiet imħallta sabiex jilagħbu kontra xulxin. Dawn ir-refuġjati jinsabu kollha fir-Russja, wara li ħafna minnhom mhux biss ħallew darhom u l-familjari warajhom, imma ħallew ukoll l-isport li tant kienu jħobbu, il-futbol. Dan l-isport qiegħed iservi ta’ mezz kif ir-refuġjati jintegraw fil-komunitajiet differenti Russi, kif ukoll juru l-kapaċitajiet tagħhom.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar