Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018 – ir-Russja fil-KF wara l-penalties.. Spanja barra ukoll

Tazza tad-Dinja
Fażi l-aħħar Sittax
Spanja ….. 1
Russja ……1
(Russja rebħu 4-3 bil-penalties)

Russja fil-Kwarti Finali eliminaw lil Spanja wara draw 1-1 sal-ħin barrani, r-Russi rebħu 4-3 bil-penalties.

Igor Akinfeev goalkeeper Russu l-eroj meta salva tnejn minn ħames penalties tal-Ispanjoli.

Bidla mportanti fl-ewwel ħdax għal Spanja, l-kowċ Fernando Hierro ppreferea lil Coke fl-ewwel ħdax minflok il-veteran Andres Iniesta.

Spanja fil-vantaġġ fit-tnax-il minuta, freekick minn fuq il-lemin ta’ Marco Asensio, fit-tentattiv li jikklerja u ssikkat minn Sergio Ramos, Sergei Ignashevich tefa’ fix-xibka tiegħu stess, 1-0 Spanja fl-ewwel kwarta logħob.

Risposta Russa fis-sitta u tletin minuta meta minn qagħda tajba Aleksandr Golovin kkonkluda ftit barra.

Tnejn u erbgħin minuta draw meritat għar-Russi wara hands lampanti fil-kaxxa ta’ Gerard Pique, r-referee mingħajr esitazzjoni ordna l-penalty li minnu Artem Dzyuba ma’ żbaljax biex għeleb lil David De Gea għal 1-1.

Ħamsa u tmenin minuta Spanja viċin il-goal iżda l-goalkeeper Russu Igor Akinfeev kien attent u salva żewġ tentattivi, l-ewwel ta’ Iniesta u t-tieni xutt ta’ Iago Aspas.

Ħin barrani, mija u disgħa minuti fuq l-arloġġ Spanja viċin b’xutt ta’ Rodrigo reġa attent Akinfeev isalva, mir-rebound konklużjoni ta’ Daniel Carvajal imblukkata mid-difiża.

Kien imiss l-għoti tal-penalties, Russja skurjaw erbgħa minn erbgħa minn Fedor Smolov, Sergei Ignashevich, Aleksandr Golovin u Denis Cheryshev.

Għal Spanja skurjaw Andres Iniesta, Gerald Pique u Sergio Ramos, l-eroj Russu l-goalkeeper Igor Akinfeev salva x-xuttijiet mill-ħdax-il metru ta’ Koke u ta’ Iago Aspas.

Skor finali fil-Luzhniki Stadium, fażi tal-aħħar Sittax, Spanja wieħed, Russja wieħed, Russi jirbħu 4-3 wara l-għoti tal-penalties.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali…

Futbol internazzjonali

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt…

Futbol internazzjonali

Illum jibda l-kampjonat Ewropew tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena li se jsir fl-Iskozja. Fi Grupp A hemm l-Iskozja, l-Olanda, in-Norveġja u Franza. Fi Grupp B hemm l-Ingilterra, il-Belġju, Spanja u…

Futbol internazzjonali

Jista’ jkun li fl-aħħar mill-aħħar il-goalkeeper Spanjol ta’ Manchester United David De Gea ser jibqa’ f’Old Trafford. Wara xhur sħaħ ta’ spekulazzjoni dwar il-futur tal-goalkeeper Spanjol, il-manager Ole Gunnar Solksjaer…

Aktar