Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018: It-tim nazzjonali Franċiż jinġabar fi Clairefontaine

It-tim nazzjonali ta’ Franza nġabar fi Clairefontaine taħt il-gwida tal-kowċ Didier Deschamps għal jiem ta’ taħriġ qabel ma l-kontinġent iħalli Pariġi lejn Moska.

Deschamps talab lill-plejers tiegħu biex jibqgħu umli tul dawn il-ġimgħat li ġejjin.

Franza jilagħbu l-ewwel partita tagħhom minn Grupp C kontra l-Awstralja fis-16 ta’ Ġunju.

Il-kowċ nazzjonali Franċiż qal li t-tim tiegħu għandu fost l-aktar gruppi diffiċli bil-Peru u d-Danimarka li jinsabu fil-11 u t-12-il post fir-ranking tal-FIFA rispettivament.

Franza rebħu t-Tazza tad-Dinja lura fl-1998 f’pajjiżhom meta l-istess Deschamps kien captain tal-iskwadra.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-posticipo li ntlagħab ilbieraħ filgħaxija, Inter u Roma temmew il-logħba fid-dro ta’ 1-1, biex b’hekk Inter żiedu punt fit-tellieqa għat-tielet post, filwaqt li Roma għadhom jittamaw li b’xi mod jaqbżu…

Futbol internazzjonali

Mis-Serie A: Juventus ġew matematikament dikjarati Champions tas-Serie A wara li llum riedu minn tal-inqas punt f’darhom fl-Allianz Stadium kontra Fiorentina. Juventus rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Skorers f’dan il-konfront wara sitt…

Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Aktar