Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Jasal f’Sochi t-tim nazzjonali Brażiljan

It-tim nazzjonali Brażiljan wasal f’Sochi, il-bażi fejn se jkunu qegħdin matul it-Tazza tad-Dinja. Il-ħames darbiet ċampjins tad-dinja se jagħmlu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fir-Russja, għada t-Tlieta fil-Yug-Sport Stadium, qabel ma jivvjaġġaw xejn inqas minn 560km sa Rostov-on-Don fejn il-Ħadd 17 ta’ Ġunju jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom ta’ Grupp E kontra l-Iżvizzera. Wara mbagħad il-Brażil jilagħbu kontra l-Kosta Rika fit-22 ta’ Ġunju u kontra s-Serbja fis-27 ta’ Ġunju.

It-Tazza tad-Dinja fir-Russja tintlagħab bejn l-14 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju fi 11-il belt differenti.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp A Russja ….. 3 Eġittu ….. 1 F’Saint Petersburg Stadium jibda t-Tieni Round ta’ logħob, l-attenzjoni lura fuq Grupp A hekk kif ir-Russja sar l-ewwel…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp Ħ Polonja ….. 1 Senegal …… 2 Bidu qawwi għas-Senegal li għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-1. Fil-formazzjoni tas-Senegal id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

GRUPP Ħ Kolumbja … 1 Ġappun …. 2 Il-Ġappun ħasdu lil Kolumbja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fil-ftuħ ta’ Grupp Ħ. Vantaġġ kmieni għal Ġappun, hands fil-kaxxa ta’ Carlos Sanchez…

Aktar