Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Jitħabbru d-dettalji taċ-ċerimonja tal-għeluq

F’konferenza tal-aħbarijiet dwar iċ-ċerimonja tal-għeluq tat-Tazza tad-Dinja 2018, il-Luzhniki Stadium ta’ Moska nbidel f’wirja mill-attur Will Smith u l-kantanti Nicky Jam u Era Istrefi. Smith beda jistaqsi lill-ġurnalisti kollha mil-liema pajjiż kienu ġejjin u qal li l-ewwel edizzjoni li attenda għaliha kienet f’Seoul, il-Korea t’Isfel, lura għall-2002. Skont Smith, l-idea li ħafna persuni jiġu flimkien għal attivita’ waħda, tidħol kexxun għal dak li hu jittama u li jixtieq ikun parti minnu:

 “The idea of this many people coming together around a single event, it just fits perfectly into what I hope to do and what I want to be part of in the world. Just, you know, the illustration of everybody at the beginning you know proudly yelling out their nations and having fun together and being able to create that kind of harmony and being able to create that kind unity in this room means it is possible elsewhere in the world.”

Smith u l-kantanti l-oħra qalu li qegħdin iħarsu ‘l quddiem b’entużjażmu għal nhar il-Ħadd li ġej meta mistennija jagħtu spettaklu quddiem folla ta’ 81,000 ruħ, f’mument ġgantesk t’armonija globali. Smith żamm ‘il bogħod mill-kontroversja lil min ser ikun qiegħed jissapportja fil-finali tat-Tazza tad-Dinja, biss qal li l-goalkeeper Kroat offrielu wieħed mill-aktar mumenti memorabbli f’din l-edizzjoni, meta avolja kien weġġa’ l-hamstring, xorta rnexxielu jilqa’ l-penalties:

“The Croatian goalkeeper had injured his hamstring. So when it comes down to the final shoot-out, I am like, ‘There is no way, his hamstring is injured’, and when he blocked – I think it was the second one – when he stopped the second one, I was like, ‘Oh, that’s so amazing’, he held on in that moment.”

Will Smith, Nicky Jam u Era Istrefi ser ikunu fil-grawnd nofs siegħa qabel tibda l-finali, ċerimonja li tistgħu ssegwuwha diretta fuq TVM.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar