Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018 – Kroazja fil-KF bil-penalties ukoll

Tazza tad-Dinja 2018
Fażi l-aħħar Sittax
Kroazja ……… 1
Danimarka … 1
(Kroazja rebħu 3-2 bil-penalties)

Kroazja fil-Kwarti Finali bil-penalties għelbu lid-Danimarka 3-2.

1-1 sal-ħin barrani fin-Nizhny Novgorod Stadium f’dan il-konfront mill-fażi tal-aħħar sittax.

Nordiċi fil-vantaġġ wara biss tmienja u ħamsin sekonda minn throw in fit-tul, ballun għand Mathias Joergensen li b’konklużjoni mill-viċin għeleb lill-goalkeeper Kroat Danijel Subasic.

Għaddew żewġ minuti u Kroazja kisbu d-draw, l-attakkant ta’ Juventus Mario Mandzukic approfitta minn żball difensiv u b’konklużjoni b’saħħitha ċentrali għamel l-iskor indaqs 1-1.

Fil-ħin miżjud wara d-disgħin minuta korner ta’ Christian Eriksen, ballun f’saqajn Martin Braithwaite b’xutt mill-ewwel minn tarf il-kaxxa ballun ftit barra.

115-il minuta ċans għall-Kroazja li jiskurjaw il-goal tar-rebħa meta Joergensen waqqa fil-kaxxa lil Ante Rebic, penalty ċar għall-Kroazja iżda mill-ħdax-il metru l-istilla ta’ Real Madrid Luka Modric ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper ta’ Leicester City Kasper Schmeichel li b’save mill-aqwa salva x-x-xutt mill-ħdax-il metru.

Morna għall-penalties 3-2 għall-Kroati skurjaw Andrej KramaricLuka ModricIvan Rakitic, fallew Milan Badelj u Josip Pivaric.

Għad-Daniżi penalties skurjati minn Simon KjaerMichael Krohn-Dehli, fallew Christian Eriksen, Lasse Schoene u Nicolai Joergensen.

Skor finali fil-logħba l-Ħadd filgħaxija mill-aħħar sittax, Kroazja wieħed, Danimarka wieħed, bil-penalties Kroazja rebbieħa 3-2.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Chelsea, Arsenal, Valencia u Eintracht Frankfurt huma t-timijiet li se jkunu qed jilagħbu fis-semifinali tal-UEFA Europa League. Fil-partiti mit-tieni legs tal-kwarti tal-finali, huma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ispejjeż ta’ Sparta Prague, Napoli,…

Futbol internazzjonali

L-Assoċjazzjoni tal-futbol tal-Skozja ħabbret li keċċiet lil Alex McLeish minn kowċ nazzjonali. Id-deċiżjoni kien hemm qbil fuqa mill-Bord tal-Assoċjazzjoni f’laqgħa li saret dalgħodu mal-kowċ innifsu. L-assistenti tiegħu, Peter Grant, James…

Futbol internazzjonali

Pep Guardiola, il-kowċ ta’ Manchester City, nefaq €812,000,000 biex jirbaħ il-UEFA Champions League, mingħajr suċċess. Fit-tliet snin li għamel kowċ ta’ Bayern Munich bejn l-2013 u l-2016, Guradiola neffaq liċ-champions…

Futbol internazzjonali

Ftit tas-sigħat ilu, il-UEFA ħarġet id-dati taż-żewġ partiti tas-semifinali. L-ewwel legs jintlagħbu bejn it-30 ta’ April u l-1 ta’ Mejju. Fit-30 ta’ April, Tottenham Hotspur jilagħbu f’darhom kontra Ajax mentri…

Aktar