Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018: L-Arġentina jitħarrġu għall-ewwel darba…Romero barra

L-Arġentina tħarrġu għall-ewwel darba lbieraħ mingħajr il-gowlkiper Sergio Romero li tħalla barra mill-iskwadra minħabba injury f’irkoptu.

L-iskwadra inkludiet il-plejers kollha ta’ fama mondjali bħal Lionel Messi u Javier Mascherano li qalu li se jkunu qed jisperaw li kull plejer joħroġ l-aħjar tiegħu biex l-Arġentina jkunu fost il-protagonisti ta’ din il-kompetiazzjoni.

Fin-nuqqas ta’ Romero, il-gowlkiper numru wieħed tal-Arġentina se jkun Nahuel Guzman li għandu 32 sena u jilgħab ma’ Newell’s Old Boys. Guzman rebaħ tliet titli fi tliet snin ma’ Tigres u s’issa lagħab 6 darbiet mal-Arġentina.

L-Arġentina jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra l-Haiti fid-29 ta’ Mejju qabel jitilqu lejn ir-Russja.

Huma jilagħbu l-ewwel partita minn Grupp D kontra l-Iżlanda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Gianluigi Buffon, l-ex goalkeeper ta’ Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan, fil-jiem li ġejjin jista’ jirritorna f’daru, maċ-champions Taljani. Din l-aħbar ikkonfermaha SIlvano Martina, l-aġent ta’ Buffon li mal-istazzjonijiet Taljani ta’…

Futbol internazzjonali

Il-midfielder Spanjol ta’ Manchester City David Silva qal li se jkun qed iħalli liċ-Champions Ingliżi fl-aħħar tal-istaġun li ġej. Mistoqsi direttament mill-ġurnalisti Ingliżi jekk hux se jkun qed ikompli jilgħab…

Futbol internazzjonali

Kulħadd jaf li l-Urugwajan Luis Suarez jitqatel waqt logħba futbol. Jagħmel minn kollox biex jiskurja, u jekk kemm-il darba ma jirnexxilux isib ix-xibka, jipprova kull tip ta’ manuvra sabiex b’xi…

Futbol internazzjonali

Italja 2  Ċina 0 Gowl f’kull taqsima kienu d-differenza bejn l-Italja u ċ-Ċina, b’tal-ewwel jgħaddu għall-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa. L-Italja fil-vantaġġ wara kwarta meta Giacinti fetħet l-iskor, u Galli rduppjat…

Aktar