Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – L-Assistent Kowċ tal-Kroazja mmultat mill-FIFA u mkeċċi minn man-nazzjonal

L-assistent kowċ tal-Kroazja Ognjen Vukojevic kien immultat 15,000 Frank Żvizzeru mill-FIFA wara li deher fuq video jkanta ‘Glory to Ukraine!’ wara li l-Kroati eliminaw lir-Russi fil-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja. Wara din il-multa, l-Federazzjoni tal-Futbol Kroata keċċiet lill-assistent kowċ mit-tim tekniku tal-Kroazja. Għalkemm din il-mossa xejn ma niżlet tajjeb mar-Russi, mhux l-istess jista’ jingħad għall-Federazzjoni tal-Futbol Ukrena, li qalet li lesta tħaddem lil Vukojevic u ttih lura l-flus tal-multa li qala’ mill-FIFA. Fil-passat Vukojevic kien jilgħab mal-klabb ta’ Dynamo Kiev, u l-paġna ta’ Facebook ta’ FIFA spiċċat ibbumbardjata minn aktar minn 158,000 kumment, b’ħafna jiktbu ‘Glory to Ukraine.’

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar