Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – L-ispettaturi tal-logħob bi kredenzjali speċjali biex jidħlu fl-istadiums

Numru kbir ta’ partitarji damu għal diversi sigħat jistennew fil-kju sabiex iġibu l-kredenzjali speċjali biex ikunu jistgħu jidħlu fl-istadiums differenti. Kull partitarju li jrid jidħol fi stadium jara logħba, mhuwiex biżżejjed li jkollu l-biljett tal-logħba, imma jrid ikollu wkoll Fan ID li permezz tagħha jkunu jistgħu jiddaħħlu fl-istadiums. Jidher li din l-idea oriġinat mir-Russja, bil-ħsieb li kemm jista’ jkun jonqsu l-battibekki bejn il-partitarji, u sabiex dawk il-persuni li huma magħrufa li jaqilgħu l-inkwiet, ma jingħatawx aċċess sabiex jidħlu fl-istadiums. Uffiċjali Russi ppubblikaw lista t’ismijiet ta’ persuni li mhux se jitħallew jidħlu fl-istadiums, li fiha aktar minn 400 isem.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar