Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018: L-Italja eliminata…il-media Taljana: “Traġedja Nazzjonali”

Italja…..0

Żvezja…0

Anki jekk iddominaw għal ħafna mill-ħin, it-tieni leg f’San Siro fl-Italja kontra l-Iżvezja ntemm bi skor ta’ 0-0. Dan ifisser li l-Italja huma barra mit-Tazza tad-Dinja tas-sajf li ġej fir-Russja peress li tilfu l-ewwel leg fl-Iżvezja bi skor ta’ 1-0.

Immedjatament wara s-suffara finali, il-media Taljana ddeskriviet din it-telfa bħala “traġedja nazzjonali”.

Il-partita bdiet bl-ewwel azzjoni wara ftit minuti logħob li fiha twaqqa’ Parolo fil-kaxxa, ir-referee jħalli l-logħob għaddej. L-istess ġara fuq in-naħa l-oħra fejn il-ballun deher mess ma’ jdejn Darmian, iżda anki f’din l-azzjoni r-referee Spanjol ma jsaffar l-ebda foul.

L-Italja jieħdu l-kmand tal-partita. Fis-27 minuta Candreva jirċievi ballun tajjeb u minn qagħda angolata jfajjar xutt b’saħħtu li spiċċa ftit ogħli mil-lasti l-mimduda.

Fl-40 minuta, Immobile jikkontrolla balun tajjeb iżda x-xutt tiegħu jispiċċa mblukkat.

Fil-45 minuta, Florenzi jirċievi ballun tajjeb mal-linja, xutt b’saħħtu imma ċentrali u jilqa’ l-gowlkiper tal-Iżvezja.

Fit-tieni taqsima l-Italja komplew fejn ħallew, pussess kontinwu tal-ballun fejn l-Iżvezja ma resqu lejn in-naħat ta’ Gigi Buffon.

Fl-54 minuta ċans ieħor għal Florenzi li x-xutt tiegħu jispiċċa barra.

Fis-67 minuta, Florenzi jerġa’ jipprova b’xutt ieħor minn barra l-kaxxa, il-ballun iddevjat għal barra.

Fis-87 minuta, El Sharaway b’xutt b’saħħtu li Olsen jaqla’ l-barra mill-kaxxa.

5 min ta’ ħin miżjud, l-Italja tkompli tattakka, corner li għalih jitla’ anki l-gowlkiper Buffon iżda l-gowl jibqa’ ma jasalx.

Kienet l-aħħar azzjoni tal-partita, l-aħjar azzjoni ta’ Buffon bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan li kien qed jispera li jtemm il-karriera tiegħu fit-Tazza tad-Dinja fis-sajf li ġej fir-Russja.

Riżultat finali: Italja 0, Żvezja 0.

Referee tal-partita: Lahoz ta’ Spanja

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp A Russja ….. 3 Eġittu ….. 1 F’Saint Petersburg Stadium jibda t-Tieni Round ta’ logħob, l-attenzjoni lura fuq Grupp A hekk kif ir-Russja sar l-ewwel…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp Ħ Polonja ….. 1 Senegal …… 2 Bidu qawwi għas-Senegal li għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-1. Fil-formazzjoni tas-Senegal id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

GRUPP Ħ Kolumbja … 1 Ġappun …. 2 Il-Ġappun ħasdu lil Kolumbja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fil-ftuħ ta’ Grupp Ħ. Vantaġġ kmieni għal Ġappun, hands fil-kaxxa ta’ Carlos Sanchez…

Aktar