Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018: L-Olanda eliminata, il-Portugall jirbħu l-Grupp

Aktar rizultati mill-Euroepean Qualifiers għat-Tazza tad-Dinja, Russja 2018, l-aħħar 9 logħbiet mill-għaxar jum. Franza u Portugal jikkwaifikaw direttament filwaqt li Zvezja, Greċja u Svizzera jgħaddu għall-play-offs. Olanda eliminata.

 

GRUPP A

Franza                   Belarus 2-1

Franza marru fil-vantaġġ minn Antoine Griezmann fis-26 minuta meta daħal tajjeb mix-xellug u b’xutt fil-baxx għeleb tefa lil Franza minn fuq.. Franza komplew ifittxu aktar goals u fit-33 minuta Olivier Giroud għamilhom 2-0 meta mattar saqajh bejn tlett difensuri.

Il-Belarus daħlu lura fil-partia b’goal skurjat minn Anton Saroka ezatt minuta qabel tmien l-ewwel taqsima meta daħal tajjeb għal cross mill-lemin.

 

 

 

Lussemburgu        Bulgarija 1-1

Fit-tielet minuta l-Lussemburgu fetħu l-iskore minn Olivier Thill. Wara assedju sħiħ fl-ewwel taqsima mit-tim ta’ Lussemburgu, l-Bulgarija wettqu rejazzjoni fit-tieni taqsima u rnexxielhom iġibu l-goal ta’ draw b’daqqa ta’ ras ta’ Ivailo Chochev

 

Olanda                   Svezja  2-0

L-Olanda marru kmieni fil-vantaġġ minn penalty skurjat minn Arjen Robben. Fl-40 minuta jerġa jkun Arjen Robben li jidħol tajjeb u jegħleb lill-goalkeeper Robin Olsen għat-tieni darba b’xutt preċiz.

GRUPP B

Ungerija                Gzejjer Faroe 1-0

L-Ungerija kellhom jistennew sal-81 minuta biex sabu l-goal tar-rebħa f’taħwida minn corner Bode finalement xeħet fix-xibka.

 

 

Latvja                    Andorra 4-0

Fil-ħdax-il minuta Latvja fil-vantaġġ b’goal ta’ Davis Ikanunieks. Fid-19 il-minuta l-istess Latvja għamluhom tnejn b’goal skurjat Valeris Sabala. Fid-59 u fit-63 minuta skorjaw zewġ goals oħra Valeris Sabala u Davis Ikaunieks biex skorjaw zewġ goals kull wieħed.

 

Portugal                Svizzera 2-0

Il-Portugal nizlu determinati f’din il-logħa li jakkwistaw it-tlett punti kellhom jistennew sal-41 minuta biex jiftħu l-iskore b’own goal skurjat minn Johan Djourou meta kienn issikkat minn Joao Mario. Portugal komplew jaċċcertaw li jirbħu l-grupp bit-tieni goal ta’ Andre Silva fil-57 minuta.

 

 

 

GRUPP H

Belgjum                 Ċipru 4-0

Fit-tnax-il minuta il-Belġjum fil-vantaġġ b’goal ta’ Eden Hazard. Il-Belġjum It-tieni goal Belġjan skurjah din id-darb Thorgan Hazard li daħal tajjeb għar-rebound wara save mil-goalkeeper Costantinos Panayi. Iz-zewġ goals l-oħra Belġjani jaslu għal darb’oħra minn Eden Hazard mill-penalty u fit-78 minuta jasal ukoll goal għal Romelu Lukaku.

 

Estonja                  Boznja Herzogovina  1-2

Kienu l-Boznja li marru fil-vantaġġ kmieni fit-tieni taqsima. Kien zball mid-difensur li fi clearnce ħazina ġab lil Izet Hajrovic waħdu biex faċilment fetaħ l-iskore. Fit-78 minuta, l-Estonja ġabu l-goal ta’ draw minn Antonov b’xutt imqandel u preċiz fejn il-goalkeeper ma segħax jilqa’. Fl-84 minuta Boznja lura fil-vantaġġ b’goal ieħor ta’ Izet Hajrovic li b’xutt djagonali u fil-baxx jegħleb lill-goalkeeper avversarju.

Greċja                   Ġibilta 4-0

Il-Greċja fetħu tajjeb f’din il-logħba u wara attakk wieħed wara l-ieħor irnexxielhom imorru fil-vantaġġ b’daqqa ta’ ras fit-32 minn  Vasilios Torosidis. Fi spazju ta’ zewġ minuti Ġibilta ċedew l-armi meta qalgħu zewġ goals fil-61 u 63 minuta skurjati t-tnejn minn Kostantinos Mitroglou. Fit-78 minuta, Giannotas bir-ras għamilhom 4-0 wara li daħal tajjeb għall-cross mix-xellug.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Riżultati tal-ewwel ġurnata Grupp G Rapid Wien 2 – 0 Spartak Moscow  Hawn Artem Timofeev skorja own goal u Thomas Murg għal 2-0 Villarreal 2 –…

Futbol internazzjonali

L-Erbgħa ntlagħbu tmien partiti oħra mill-ewwel ġurnata tal-kompetizzjoni biex b’hekk, issa kull tim f’din il-kompetizzjoni lagħab partita waħda. Minn Grupp E, Ajax għelbu lil AEK Athens bi skor ta’ 3-0….

Futbol internazzjonali

L-istilla Arġentina Diego Maradona kellu l-ewwel konferenza tal-aħbarijiet wara li t-tim tiegħu Messikan Dorados ħa l-ewwel rebħa fil-kampjonat kontra Cafetaleros de Tapachula bi skor ta’ 4-1. Maradona qal li s’issa…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: tibda l-fażi tal-gruppi b’rebħiet tajba għal Inter, Barcelona, u Liverpool: dawn tal-aħħar f’partita ta’ ħames goals f’Anfield. Fil-Giuseppe Meazza Inter dehru resqin lejn diżappunt ieħor wara bidu…

Aktar