Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018: Lopetegui mkeċċi minn kowċ nazzjonali ta’ Spanja

Julen Lopetegui tkeċċa minn kowċ ta’ Spanja ftit tal-minuti ilu.

Il-kowċ ta’ 51 sena tkeċċa wara li lbieraħ ħarġet l-aħbar li laħaq ftehim ma’ Real Madrid fuq tliet snin kuntratt hekk kif tintemm it-Tazza tad-Dinja fir-Russja. Hu se jibdel lil Zinedine Zidane.

Jidher li din l-aħbar m’għoġbot xejn lill-amminstrazzjoni tal-Federazzjoni Spanjola, tant li ġurnata qabel tibda t-Tazza tad-Dinja, iddeċidiet li twaqqaf lil Lopetegui mill-impjieg tiegħu.

L-FA Spanjola għamlet konferenza stampa dwar dan kollu, dalgħodu u li din spiċċat ftit tal-ħin ilu.

Għadu mhux magħruf min se jieħu t-tim f’idejh għall-partiti tat-Tazza tad-Dinja li Spanja jridu jiddebuttaw fl-ewwel waħda kontra l-Portugall il-Ġimgħa fit-20.00.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Eks kowċ Nazzjonali tal-Portugal Paulo Bento inħatar bħala l-kowċ Nazzjonali l-ġdid tal-Korea ta’ Isfel. Il-Federazzjoni tal-Football tal-pajjiż qalet fi stqarrija li huma taw kuntratt ta’ erba’ snin lil Bento li…

Futbol internazzjonali

Il-Player ta’ Juventus Claudio Marchisio se jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus wara karriera ta’ 25 sena ma’ dan il-Club. Marchisio lagħab dejjem mal-Club minn Turin għal 25 sena konsekuttivi bil-flok…

Futbol internazzjonali

Daqqa ta’ ħarta għal Manchester City bil-midfielder Kevin de Bruyne isofri injury serja fl-irkoppa u issa mistenni jdum barra mill-azzjoni bejn tlieta u erba’ xhur. L-Erbgħa filgħaxija huwa attenda għal…

Aktar