Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018: Neymar fit-tim Brażiljan u jitħarreġ għall-ewwel darba wara l-injury

Il-plejer Brażiljan Neymar ilbieraħ reġa’ tħarreġ għall-ewwel darba wara l-injury li kellu fit-tul.

Neymar tħarreġ f’Rio De Janeiro flimkien mal-iskwadra nazzjonali u jidher li se jkun f’siktu għall-ewwel partiti.

Neymar lagħab l-aħħar fi Frar li għadda ma’ Paris St Germain u rapporti mediċi jindikaw li l-injury li kellu se tkun fieqet kompletament sal-ewwel partita tal-Brażil kontra l-Iżvizzera.

Iżda fit-tim tal-Brażil feġgħet problema oħra ta’ injury, dik li fl-aħħar sigħat laqgħtet lil Douglas Costa li ħass uġigħ fl-aħħar partita tiegħu kontra Juventus u mistenni jitlef iż-żewġ friendlies kontra l-Kroazja u l-Awstrija.

Il-Brażil jibdew bħala wieħed mit-timijiet favoriti li jirbħu t-Tazza tad-Dinja flimkien mal-Ġermanja u Spanja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-FIFA żvelat li t-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li saret fi Franza fis-sajf li għadda segwewha 1.12 biljun persuna. Minn dawk li segwew, 993.5 miljuni persuna segwewha minn fuq it-televiżjoni u dan…

Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż reġa’ telaq bil-kampanja tiegħu ‘No Room for Racism’ b’filmat li jinkludi fih plejers bħal Tammy Abraham u Raheem Sterling. Ir-razziżmu fl-isport reġa’ kien is-suġġett ta’ ħafna wara…

Futbol internazzjonali

L-El Clasico bejn Barcelona u Real Madrid jista’ jkun li ser jiċċaqlaq għal Diċembru. Dan intqal mill-Federazzjoni Spanjola tal-Futbol wara li ġew avżati li fis-26 t’Ottubru ser issir dimostrazzjoni kbira…

Futbol internazzjonali

Il-kowċ ta’ Barcelona Ernesto Valverde ħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-futbol Spanjoli sabiex ma jissospendux jew iċaqilqu l-El Clasico li huwa pprogrammat għal nhar is-Sibt 26 t’Ottubru. Dan wara li La Liga talbet…

Aktar