Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018: Papa Franġisku jittama li l-pajjiżi jingħaqdu permezz tal-futbol

Papa Franġisku qal li jittama bis-saħħa tat-Tazza tad-Dinja li waslet biex tibda għada, jibda djalogu bejn ħafna pajjiżi differenti li jwassal għall-paċi fid-dinja.

Fi Pjazza San Pietru, il-Papa qal li hu stess hu partitarju kbir tat-Tazza tad-Dinja u li dan se jkun żmien sabiħ fid-dinja kollha peress li l-futbol hu l-aktar sport popolari li għandu jgħaqqad lil kulħadd.

Madankollu, anki jekk ħafna huma konvinti li l-Papa hu partitarju tal-Arġentina, il-pajjiż fejn twieled, hu naqas milli jgħid dan lill-udjenza ta’ quddiemu.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-Eks kowċ Nazzjonali tal-Portugal Paulo Bento inħatar bħala l-kowċ Nazzjonali l-ġdid tal-Korea ta’ Isfel. Il-Federazzjoni tal-Football tal-pajjiż qalet fi stqarrija li huma taw kuntratt ta’ erba’ snin lil Bento li…

Futbol internazzjonali

Il-Player ta’ Juventus Claudio Marchisio se jinħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Juventus wara karriera ta’ 25 sena ma’ dan il-Club. Marchisio lagħab dejjem mal-Club minn Turin għal 25 sena konsekuttivi bil-flok…

Futbol internazzjonali

Daqqa ta’ ħarta għal Manchester City bil-midfielder Kevin de Bruyne isofri injury serja fl-irkoppa u issa mistenni jdum barra mill-azzjoni bejn tlieta u erba’ xhur. L-Erbgħa filgħaxija huwa attenda għal…

Aktar