Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2018 – Russja viċin kwalifikazzjoni.. Eġittu kważi barra

Tazza tad-Dinja Russja 2018

Grupp A

Russja ….. 3
Eġittu ….. 1

F’Saint Petersburg Stadium jibda t-Tieni Round ta’ logħob, l-attenzjoni lura fuq Grupp A hekk kif ir-Russja sar l-ewwel pajjiż li kkwalifika għall-Fażi tal-aħħar Sitax meta b’wirja oħra konvinċenti huma għelbu lill-Eġittu 3-1.

Għall-Eġittu d-debutt fit-Tazza tad-Dinja għall-attakkant prolifiku ta’ Liverpool Mohamed Salah, lura fl-azzjoni wara l-injury kerha li sofra fil-finali tal-UEFA Champions League bil-flokk ta’ Liverpool fl-aħħar tax-xahar li għadda.

Fl-ewwel taqsima ħafna logħob f’nofs il-ground b’ħinijiet twal ta’ studju miż-żewġ teamijiet.

Żewġ bidliet mir-rebħa ta’ 5-0 fuq l-Arabja Sawdija għall-kowċ Russu Stanislav Cherchesov hekk kif mill-ewwel minuta Denis Cheryshev u Artem Dzyuba ħadu post Alan Dzagoev u Fedor Smolov.

Ftuħ tat-tieni taqsima u Russi mill-ewwel fil-vantaġġ meta kross ta’ Aleksandr Golovin kien interċettat momentarjament mill-goalkeeper Mohamed El Shenawi, ballun f’saqajn Roman Zobnin li ra x-xutt bla pretensjonijiet tiegħu imdawwar minn Ahmed Fathi fir-rokna tax-xibka għal autogoal klassiku u Russja fil-vantaġġ.

Reazzjoni Eġizzjana fis-sebgħa u ħamsin minuta, ballun il-quddiem lejn Mohamed Salah, konklużjoni mblukkata f’korner.

Russja rduppjaw ftit qabel is-siegħa logħob, azzjoni veloċi li ħalliet l-art id-difiża Eġiżżjana, xogħol tajjeb fuq il-lemin ta’ Mario Fernandes li wara mossa tajba krossja għan-nofs lejn l-iżmarkat Denis Cheryshev, għall-attakkant ta’ Villarreal fi Spanja t-tielet goal personali diġa tiegħu f’din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Żewġ minuti wara 3-0, din id-darba azzjoni personali ta’ Artem Dzyuba li qabeż lil Ali Gabr u b’xutt b’saħħtu minn tarf il-kaxxa għeleb lill-goalkeeper Eġizzjan Mohamed El Shenawi.

Finalment Eġittu jiżblukkaw, l-ewwel goal għalihom f’Tazza tad-Dinja minn Italja Novanta tmienja u għoxrin sena ilu, goal wasal minn penalty, Mohamed Salah mill-ħdax-il metru wara li l-istess player ġie ffawljat fil-kaxxa minn Roman Zobnin, Russja jsofru l-ewwel goal fit-Tazza tad-Dinja f’pajjiżhom, għal skor finali fis-Saint Petersburg Stadium, Russja tlieta, Eġittu wieħed.

Miktub minn...
Norma Saliba
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kwalifikazzjoni Kampjonat Euro UEFA 2020 European Qualifiers – Grupp F Malta…………….. 2 Gżejjer Faroe……1 Malta bdiet bl-aħjar mod l-impenji tagħha fil-kampjonat Ewropew 2020 meta f’Ta’ Qali f’logħba mill-iktar eċċitanti għeleb…

Futbol internazzjonali

Illum komplew jintlagħbu aktar logħbiet mill-kwalifikazzjoni għall-Euro 2020 meta minn Grupp A f’Wembley Stadium l-Ingilterra bdew bil-kbir l-impenji tagħhom dan wara li huma għelbu lir-Repubblika Ċeka bl-iskor ta’ 5-0.  L-eroj…

Futbol internazzjonali

L-attakkant Brażiljan ta’ Paris St Germain Neymar ġie akkużat mill-UEFA talli insulenta lir-referee wara li t-tim Franċiż safa eliminat mir-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League minn Manchester United. Neymar li…

Futbol internazzjonali

Ilbieraħ filgħaxija bdew il-logħbiet tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2020, b’diversi riżultati li wħud minnhom kienu mistennija u oħra waslu b’sorpriża. Mistennija r-rebħiet tal-Olanda, il-Kroazja, il-Polonja u l-Belġju, filwaqt li l-Każakstan…

Aktar