Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Stennija kbira għall-ewwel semifinali t’għada

Il-Belġju ttrenjaw fil-bażi tagħhom qrib Moska, ftit sigħat qabel ma’ marru San Pietruburgu fejn it-Tlieta se jkun qegħdin jilagħbu l-ewwel semifinali kontra Franza. Bħalissa l-Belġjani għandhom ir-riħ fil-qala’, l-ewwel wara li fir-round tas-16 ġew minn żewġ goals minn taħt biex għelbu lill-Ġappun 3-2, imbagħad kontra l-Brażil fil-kwartifinali, b’wirja eċċellenti ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1. Il-Belġju qegħdin jitfgħu t-tamiet tagħhom fuq l-istilel Eden Hazard, Romelu Lukaku u Kevin De Bruyne, biex imewtu jew ixejnu għal kollox l-istilel Franċiżi bħalma huma Kylian Mbappe, Paul Pogba u Antoine Griezmann.

Franza, min-naħa tagħhom jafu li f’din il-logħba ser ikunu xi ftit żvantaġġjati, u dan minħabba li l-ex attakkant Franċiż Thierry Henry huwa l-assistent kowċ ta’ Roberto Martinez tal-Belġju. Biss dan mhuwiex idejjaq lill-kowċ Franċiż Didier Deschamps li qal li se tkun xi ħaġa sabiħa li t-Tlieta filgħaxija, x’ħin joħorġu fil-grawnd, se jsibu lil Henry fuq in-naħa l-oħra.

Għad-difensur Belġjan Thomas Vermaelen, il-Belġju għandhom ċans kbir li jirbħu t-Tazza tad-Dinja, biss il-plejers l-oħra qegħdin iżommu pass lura u qegħdin jieħdu logħba logħba.

Fil-ħames logħbiet li lagħbu l-Belġjani skurjaw 14-il goal, biss kontra l-Brażil kienet l-aqwa logħba tagħhom, fejn prattikament kienu perfetti biex għelbu lill-ħames darbiet ċampjins tad-dinja.

Fuq in-naħa l-oħra, Franza kellhom pjuttost rotta differenti sabiex waslu s’hawnhekk, meta tqis li fl-istadju tal-gruppi huma tqanżħu biex għelbu lill-Awstralja u l-Peru, u ħadu draw xejn konvinċenti kontra d-Danimarka. Kien biss kontra l-Arġentina li Franza urew is-saħħa tagħhom, biss dakinhar ukoll urew li jistgħu jkunu debboli, tant li qalgħu tliet goals.

S’issa, Franza u l-Belġju lagħbu 73 darba kontra xulxin, bil-Belġjani jirbħu 30 logħba, il-Franċiżi rebħu 24, filwaqt li 19 minnhom spiċċaw fi draw.

Il-logħba t’għada fl-Istadium ta’ San Pietruburgu tibda fit-8pm u ser tintwera diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tazza tad-Dinja 2018

Il-Qorti ta’ Moska ilbieraħ bagħtet 15-il ġurnata ħabs lil waħda mill-erba’ persuni li nvadew il-pitch matul il-finali tal-Ħadd li għadda bejn Franza u l-Kroazja. Erba’ persuni invadew il-pitch matul il-finali…

Tazza tad-Dinja 2018

Merħba ta’ eroj anke għat-team nazzjonali tal-Kroazja mal-wasla lura Zagreb wara li kontra kull aspettattiva ġie t-tieni fit-Tazza tad-Dinja fir-Russja fejn tilef biss fil-finali kontra Franza. Minkejja t-telfa, it-team Kroat…

Tazza tad-Dinja 2018

L-għada li ġew inkurunati champions ġodda tad-dinja, ritorn trijonfali fil-kapitali Pariġi għall-iskwadra nazzjonali Franċiża tal-football. Eluf kbar ta’ partitarji laqgħu l-iskwadra l-ajruport Charles de Gaulle imma l-akbar merħba lill-players u…

Tazza tad-Dinja 2018

Qabel saret iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u eventwalment it-tazza lir-rebbieħa, ingħataw midalji lill-plejers li ddistingwew ruħhom f’din l-edizzjoni tar-Russja 2018. Inċidentalment, il-plejers li rebħu l-unuri lagħbu mat-timijiet li waslu sas-semifinali ta’…

Aktar