Tazza tad-Dinja 2018
Tazza tad-Dinja 2018 – Tinfetaħ il-Fan Zone Uffiċjali

Il-Fan Zone uffiċjali maħsuba biex tiġbor il-partitarji kollha flimkien f’atmosfera ferriħija nfetħet il-Ħadd fi Sparrow Hills, f’Moska. Minkejja li nzerta temp kiesaħ u bix-xita, ħafna persuni attendew biex jaraw il-kunċert tal-ftuħ.

Il-Fan Zone ġiet allokata ħdejn l-Università ta’ Moska u għal bidu l-FIFA sabet problemi minn studenti li jattendu l-Università minħabba l-istorbju li kien se jinħoloq viċin tagħhom waqt il-ħin tal-istudju. Madankollu, b’arranġament mal-Gvern Russu, ittieħdu ċerti miżuri biex l-istorbju jiġi llimtat fil-ħin tal-Università.

L-ewwel partita tat-Tazza tad-Dinja tkun il-Ħamis li ġej bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdija. L-istazzjonijiet ta’ TVM se jxandru dirett il-partiti kollha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp A Russja ….. 3 Eġittu ….. 1 F’Saint Petersburg Stadium jibda t-Tieni Round ta’ logħob, l-attenzjoni lura fuq Grupp A hekk kif ir-Russja sar l-ewwel…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

Tazza tad-Dinja Russja 2018 Grupp Ħ Polonja ….. 1 Senegal …… 2 Bidu qawwi għas-Senegal li għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-1. Fil-formazzjoni tas-Senegal id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly u…

Futbol internazzjonali, Tazza tad-Dinja 2018

GRUPP Ħ Kolumbja … 1 Ġappun …. 2 Il-Ġappun ħasdu lil Kolumbja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1 fil-ftuħ ta’ Grupp Ħ. Vantaġġ kmieni għal Ġappun, hands fil-kaxxa ta’ Carlos Sanchez…

Aktar