Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar: Erba’ partiti kuljum għal waqt il-fażi tal-gruppi

Il-FIFA ħabret li fil-fażi tal-gruppi tat-Tazza tad-Dinja tal-2022 li se ssir fil-Qatar se jkunu qed jintlagħbu erba’ partiti kuljum f’festa ta’ futbol ta’ 11-il siegħa.

L-iskeda tal-partiti tat-tazza tad-Dinja li jmiss ħarġet uffiċjali lbieraħ.

Il-venues kollha tal-partiti tal-grupp se jkunu f’Doha jew fil-viċinanzi u fit-Tazza tad-Dinja li jmiss se jipparteċipaw 32 nazzjon.

L-ewwel partita se tkun qed tibda fil-11.00am ħin ta’ Malta, bl-aħħar partita li tibda fit-8.00pm, ħin ta Malta.

L-ewwel partita tintlagħab fil-21 ta’ Novembru u tintlagħab f’Al Bayt Stadium li jesa 60,000 spettatur.

Il-finali tintlagħab fit-18 ta’ Diċembru fil-Lusail Stadium f’Al Bayt ukoll li jesa 80,000 spettatur.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Olympique Lyon u Manchester City se jiltaqgħu kontra xulxin fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League wara li l-gimgha eliminaw lil Juventus u Real Madrid rispettivament Fil-Juventus Stadium il-Bianconeri riedu jirkupraw żvantaġġ ta’…

Futbol internazzjonali

Wara nuqqas ta’ ħames xhur, mil-lejla tirritorna l-aqwa kompetizzjoni Ewropea, il-UEFA Champions League. Żewġ logħbiet illejla u tnejn oħra għada jiddeċiedu erba’ kwartifinalisti ta’ din il-kompetizzjoni. Juventus – Lyon (agg….

Futbol internazzjonali

Bayer Leverkusen 1   Rangers 0 (agg. 4-1) Fil-BayArena, Bayer Leverkusen komplew jikkonfermaw id-dominju tagħhom fuq Rangers meta rebħulhom 1-0 u għaddew għall-kwartifinali b’aggregate ta’ 4-1. Il-gowl uniku tal-logħba kien skurjat…

Futbol internazzjonali

F’inqas minn ġimgħa wara r-rebħ tal-FA Cup, li permezz t’hekk Arsenal ser jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej, faqqgħet il-bomba li 55 persuna mill-istaff ser jitneħħew. Filwaqt li l-klabb…

Aktar