Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2022: Il-possibiltà li jiżdiedu t-timijiet ser tkompli tiġi diskussa llum

Uffiċjali mill-Qatar ser jiltaqgħu ma’ rappreżentanti tal-FIFA dalgħodu sabiex ikomplu jiddiskutu l-possibiltà li l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li jmiss tkun estiża b’aktar timijiet, kif ukoll li jiżdiedu xi pajjiżi oħra fejn jistgħu jintlagħbu l-logħob.

Dalgħodu huwa mistenni li jkun diskuss studju dwar jekk huwiex vijabbli li fl-edizzjoni li jmiss tal-Qatar 2022, jieħdu sehem 48 tim minflok 32. Rapporti li ħerġin minn kmamar tal-aħbarijiet differenti qegħdin jgħidu li l-Oman u l-Kuwajt jinsabu fuq quddiem li jospitaw xi logħbiet flimkien mal-Qatar. Għalkemm hemm din il-possibiltà, xorta mhijiex daqstant faċli minħabba s-sitwazzjoni politika fil-Golf Għarbi, li allura tkompli tikkomplika ċ-ċansijiet li t-Tazza tad-Dinja tinqasam fuq tliet pajjiżi.

L-Emirati Għarab Maqgħuda, l-Arabja Sawdija, il-Bahrain kif ukoll l-Eġittu, qatgħu kull kuntatt politiku, kummerċjali u tat-trasport minn mal-Qatar minn Ġunju ta’ sentejn ilu.

It-Tazza tad-Dinja ta’ tliet snin oħra ser issir bejn il-21 ta’ Novembru u t-18 ta’ Diċembru, bil-kompetizzjonijiet u l-kampjonati Ewropej iridu jirranġaw l-iskeda tal-logħob sabiex il-pajjiżi tal-kontinent Ewropew ikunu jistgħu jieħdu sehem.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Futbol internazzjonali

Tkompli tikber il-probabilità li Antonio Conte jinħatar kowċ t’Inter matul il-ġimgħa d-dieħla, ftit tal-jiem wara li jintemm dan l-istaġun. Inter mistennija jilagħbu l-aħħar logħba tal-istaġun 2018/19 nhar il-Ħadd li ġej…

Futbol internazzjonali

Id-deċiżjoni hija finali. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ser tkun bi 32 tim. Id-deċiżjoni kienet komunikata mill-FIFA fejn intqal li wara konsultazzjoni wiesgħa u komprensiva, ġie konkluż li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-proposta…

Futbol internazzjonali

Wara t-tmiem tal-Bundesliga fejn Borussia Dortmund spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika, huma ma ħlewx ħin sabiex jibdew isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej għaliex fi ftit sigħat ħabbru tliet trasferimenti. L-ewwel trasferiment…

Aktar