Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2022: Inawgurat l-Al Janoub Stadium fil-Qatar

Fil-Qatar kien inawgurat l-ewwel stadium minn sebgħa li fihom ser jintlagħab il-logħob tat-Tazza tad-Dinja 2022. Dan l-istadium infetaħ ftit tal-ġimgħat qabel summit kruċjali tal-FIFA fejn fih ser jiġi deċiż jekk hux ser jiżdiedu t-timijiet li se jieħdu sehem f’din l-edizzjoni u jekk dan iseħħ, liema ser ikun il-pajjiż li jospita l-logħob flimkien mal-Qatar. Il-problema maġġuri hi liema pajjiż ser ikun lest jospita l-logħob minħabba li fl-aħħar snin il-Qatar kellhom kwistjonijiet u sanzjonijiet mal-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Bahrain u l-Eġittu.

L-ewwel stadium li kien inawgurat huwa l-Al Janoub Stadium u dan jesa’ 40,000 ruħ. L-istadium kien iddisinjat mill-Perit Zaha Hadid li sfortunatament ma rnexxiliex tara l-proġett tagħha lest. Dan l-istadium għandu l-arja kundizzjonata, u għaldaqstant it-temperatura ta’ ġo fih ser tinżamm inqas min dik li jkun hemm fuq barra. Fil-fatt, waqt l-inawgurazzjoni, it-temperatura fil-grawnd kien 10°C inqas milli kienet barra. Dan l-istadium huwa wieħed minn seba’ li bdew jinbnew mill-qiegħ, filwaqt li stadium ieħor ġie rinovat u msebbaħ u nfetaħ fl-2017.

Il-kungress tal-FIFA ser jiltaqa’ f’Pariġi fil-5 ta’ Ġunju li ġej, jumejn qabel tibda l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa fi Franza. Għaldaqstant, sal-ewwel jiem ta’ Ġunju li ġej inkunu nafu jekk l-edizzjoni li jmiss hijiex se tkun bil-format li nafuha s-soltu, jew inkella hux ser ikun hemm numru ta’ timijiet addizzjonali li xi ftit jew wisq jibdlu l-format ta’ din il-kompetizzjoni. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ser tibda fit-22 ta’ Novembru, bil-finali mistennija tintlagħab fit-18 ta’ Diċembru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serbja U21 0 Awstrija U21 2 Mill-ewwel logħbiet fi Grupp B, l-Awstrija għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu minn Wolf fl-ewwel taqsima u Horvath fit-tieni waħda, b’Jovanovic jitkeċċa għas-Serbi…

Futbol internazzjonali

Niġerja 0 Franza 1 Franza għaddew bil-punti massimi minn Grupp A meta fl-aħħar logħba tal-grupp għelbu lin-Niġerja bl-iskor ta’ 1-0. In-Niġerjani kienu ta’ sfida denja għall-avversarji u sakemm kienu bi…

Tazza tad-Dinja tan-Nisa

Il-Ġermanja u Spanja għaddew għar-Round tas-16 tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tan-Nisa,  waqt li ċ-Ċina jistennew ikunux fost it-timijiet l-aħjar ikklassifikati fit-tielet post, wara li llejla ntemm il-logħob ta’ Grupp B fil-fażi…

Futbol internazzjonali

Francesco Totti illum indirizza konferenza stampa li fiha ħabbar uffiċjalment li rriżenja minn diriġent tal-Club tas-Serie A ta’ Roma. Totti qal li kien bagħat email lill-Kap Eżekuttiv tal-Club jinfurmaħ li…

Aktar