Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2022: TVMSport jitkellem mal-kap eżekuttiv ta’ Qatar Airways
Tliet snin u erba' xhur bogħod mill-ewwel Tazza tad-Dinja fix-xitwa

Jonqos ftit iktar minn tliet snin u erba’ xhur għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA li jmiss: Qatar 2022.

TVMSport ħa l-okkazjoni taż-żjara f’Malta tal-kap eżekuttiv tal-linja tal-ajru uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja – Qatar Airways – għall-kummenti tiegħu dwar l-investiment li qed isir fi stadiums u faċilitajiet oħra.

Fl-intervista li tistgħu ssegwu hawn il-kap eżekuttiv ta’ Qatar Airways l-Eċċellenza Tiegħu Akbar Al Baker jitkellem dwar f’hiex waslu l-preparazzjonijiet biex il-Qatar isir mhux biss l-ewwel pajjiż tal-Golf imma l-ewwel stat Għarbi li jkun organizza l-ikbar u l-iktar avveniment segwit tal-football madwar id-dinja.

Akbar Al Baker jirribatti wkoll għall-kritika li qalgħet il-FIFA li Tazza tad-Dinja fix-xitwa mhix Tazza tad-Dinja kif nafuha u se tħarbat l-istaġuni domestiċi tal-football fl-Ewropa.

It-Tazza tad-Dinja tal-Qatar se tintlagħab bejn il-21 ta’ Novembru u t-18 ta’ Diċembru 2022.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A 2019/20 Riżultati tat-3 ġurnata Genoa 1 – 2 Atalanta Brescia 3 – 4 Bologna Parma 1 – 3 Cagliari Spal 2 – 1 Lazio AS Roma 4 – 2 Sassuolo

Futbol internazzjonali

KAMPJONAT PREMIER INGLIŻ Fil-ħames ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, Norwich City ħasdu għal kollox liċ-champions Manchester City billi rebħulhom bl-iskor ta’ 3-2. Din kienet l-ewwel telfa fil-kampjonat għas-Citizens. Norwich stabilixxew vantaġġ…

Futbol internazzjonali

Fit-23 Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni tal-Klabbs Ewropej li saret f’Ġinevra, l-klabbs insistew fit-talba tagħhom biex ikun hemm riforma fil-kompetizzjonijiet ewropej. Il-proposta ppjanat li tibda fis-sena 2024 tinkludi l-formazzjoni ta’ tliet…

Futbol internazzjonali

Il-bieraħ komplew jintlagħbu aktar logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati tal-Ewropa 2020 fejn il-Ġermanja kisbu rebħa importanti kontra l-Irlanda ta’ Fuq filwaqt li mill-istess Grupp l-Olanda komplew għaddejjin bir-rebħ. Dawn kienu r-riżultati…

Aktar