Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja 2026: L-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada jintagħżlu mill-FIFA biex jospitaw

It-Tazza tad-Dinja 2026 se ssir fl-Istati Uniti, il-Messiku u l-Kanada.

Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-kungress tal-FIFA ilbieraħ u tħabbret dalgħodu.

It-tliet pajjiżi magħquda kellhom vot b’saħħtu ta’ 134 vot kontra l-65 vot li ġab il-pajjiż Afrikan tal-Marokk. Pajjiż wieħed biss mill-kungress kollu tal-FIFA astjena.

Din kienet il-ħames darba bla suċċess li l-Marokk ospitaw it-Tazza tad-Dinja.

It-Tazza tad-Dinja tal-2026 se tkun l-ewwel darba li fil-fażi finali se jkun hemm 48 tim.

L-Istati Uniti ddikjarat li minn din it-Tazza tad-Dinja qed tikkalkula li tagħmel 11-il biljun dollaru profit.

Mit-80 partita li se jintlagħbu fit-Tazza tad-Dinja 2026, 10 partiti jintlagħbu l-Kanada; 10 fil-Messiku u 60 fl-Istati Uniti.

Il-finali mistennija ssir fil-MetLife Stadium ta’ New Jersey.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Futbol internazzjonali: Kampjonat Taljan, Serie A, illum komplew jintlagħbu partiti mid-9 ġurnata. Draw ta’ 3-3 bejn Frosinone u Atalanta fil-partita li ntlagħbet iktar kmieni. Auto goal ta’ SIlvestre tefa’ lil…

Futbol internazzjonali

André Schembri irnexxielu jiskorja l-ewwel goal tal-istaġun ma’ Apollon Limassol. Hu skorja llum fir-rebħa tat-team tiegħu kontra Ermis Aradippou f’rebħa ta’ 4-0. Schembri skorja r-raba’ goal fil-logħba.

Futbol internazzjonali

Dawn huma l-logħbiet li se jixxandru fuq TVM2 din il-ġimgħa: UEFA Champions League It-Tlieta 6/11 21:00 Inter – Barcelona UEFA Europa League Il-Hamis 8/11 21:00 Real Betis – Milan

Futbol internazzjonali

Jermain Defoe, plejer ta’ Bournemouth u ex-plejer tat-tim nazzjonali Ingliż għamel tattoo b’risq it-tfal morda bil-kanċer. Defoe iddeċieda jpinġi t-tattoo tat-tfajjel Bradley Lowery li kien ġibed is-simpatija tal-Ingilterra s-sena li…

Aktar