Sparar
Tazza tad-Dinja ISSF – Tidħol fl-azzjoni Mikaela Galea fit-Trap

It-Tnejn ingħata bidu għall-kompetizzjoni tat-Trap tan-Nisa, bl-ewwel ġurnata ta’ kwalifikazzjoni, fejn kienet fl-azzjoni t-tiratriċi Maltija Michaela Galea.

Fl-ewwel round hi laqtet 21 plattina minn 25, 18-il waħda minn 25 fit-tieni round u 19-il plattina fit-tielet round. Fit-tielet u l-aħħar round hi bdiet tajjeb ħafna meta laqtet l-ewwel 8 plattini, imma mbagħad kellha problema bl-ejector tas-senter tagħha u kellha tispara waħedha wara li ntemm dak ir-round. Biss dan id-dewmien swieha qares liż-żagħżugħa ta; 17-il sena meta falliet 6 plattini mill-aħħar 17. Galea se terġa’ tkun fl-azzjoni bir-raba’ round it-Tlieta filgħodu fit-8am, b’xandira diretta fuq TVM2.

It-Tlieta wkoll jidħlu fl-azzjoni il-ħames tiraturi rġiel tat-trap, li huma William Chetcuti, Brian Galea, Mario Buhagiar, Żaren Attard u Gianluca Chetcuti. Intant, riżultati pożittivi mit-tiraturi Galea u Chetcuti waqt il-provi uffiċjali li saru llum, fejn Galea laqat 24 minn 25 plattina filwaqt li Chetcuti laqat 23.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ l-ewwel MSSF Trap Selection tas-sena 2019 hekk kif spiċċa l-ewwel quddiem Nicky Carabott u Frank Scorfna fil-kompetizzjoni li saret bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-Bidnija. Is-Sibt it-tiraturi…

Sparar

Sparar: William Chetcuti fi tmiem il-ġimgħa rebaħ it-tieni edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap. Fit-tieini post spiċċa John Marmara u fit-tielet post Christopher Vella. Il-kompetizzjoni kienet organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar. Il-Komeptizzjoni li…

Local Sports

Il- Federazzjoni Maltija tal-Isparar kienet strumentali biex il- Federazjoni Germaniża giet għal kamp ta’ taħriġ f’Malta. Il- kontinġent Germaniż kien magħmul minn erbatax-il tiratur u sitt uffiċċjali. Il- kamp serva…

Sparar

Fl-indoor range tal- Bidnija,  l-Air Rifle & Pistol Shooting Club organizzaw il-ħames appuntament tal-istaġun.  Fit- 10m Air Pistol ħarget rebbieħa Eleanor Bezzina segwita minn Stephen Vassallo b’Raymond Cacciatolo jispicca fit-tielet…

Aktar