Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja Russja 2018 – L-ewwel tliet punti għas-Senegal b’rebħa fuq il-Polonja

Tazza tad-Dinja Russja 2018
Grupp Ħ

Polonja ….. 1
Senegal …… 2

Bidu qawwi għas-Senegal li għelbu lil Polonja bl-iskor ta’ 2-1.

Fil-formazzjoni tas-Senegal id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly u l-attakkant ta’ Liverpool Sadio Mane.

Għal Polonja Jakub Blaszczykowski f’din il-partita sar biss it-tielet player Pollakk bil-mitt logħba għal pajjiżu.

Vantaġġ Afrikan fit-tmienja u tletin minuta meta f’azzjoni veloċi ta’ kontrattakk, ballun għand il-midfielder ta’ Everton Idrissa Gueye li fajjar xutt b’saħħtu, iżda devjazzjoni qawwija tad-difensur Pollakk Thiago Cionek qatgħet għal kollox lill-goalkeeper ta’ Juventus Wojciech Szczesny, ballun fix-xibka, 1-0 għas-Senegal sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fil-wieħed u ħamsin minuta reazzjoni Pollakka bi freekick ta’ Robert Lewandowski kien attent il-goalkeeper Khadim N’Diaye.

Senegal serħu rashom mit-tliet punti mas-siegħa logħob meta żball difensiv ta’ Grzegorz Krychowiak li ta ballun lura, biex approfitta l-attakkant ta’ Milan l-istaġun li għadda misluf ma’ Torino u b’passat fl-Ingilterra, Mbaye Niang, li f’lasti vojta irdoppja għal pajjiżu.

Grzegorz Krychowiak li l-istaġun li għadda kien misluf ma’ West Brom fl-Ingilterra mingħand Paris St.Germain patta xi ftit għall-iżball fit-tieni goal Afrikan, meta bi ġmiel ta’ daqqa ta’ ras skorja dak li kellu jkun il-goal tal-bandiera għall-Polonja fis-sitta u tmenin minuta, għal skor finali fl-iSpartak Stadium f’partita mill-isbaħ minn Grupp Ħ, Polonja wieħed, Senegal tnejn.
Miktub minn...
Norma Saliba
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Mesut Ozil, il-midfielder ta’ Arsenal u tal-Ġermanja rtira mit-tim nazzjonali minħabba dak li qed isejjaħ hu stess ‘razziżmu u diżrispett’. Ozil hu ta’ oriġini Torka u kien kritikat ħafna mill-poplu…

Futbol internazzjonali

AC Milan se jikkompetu fil-UEFA Europa League fl-istaġun li ġej. Dan wara li aktar kmieni llum, rebħu l-appell li kellhom quddiem il-Court of Arbitration for Sport, il-CAS, wara li kissru…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League 2018/19 Kesla…..2 Balzan…1 (Balzan kwalifikati b’aggregate ta’ 5-3) Balzan ikkwalifikaw għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Europa League anki jekk tilfu bi skor ta’ 2-1 kontra Kesla fl-Ażerbajġan. Balzan…

Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Chelsea Gianfranco Zola irritorna mal-ex klabb tiegħu f’Londra bħala assistant manager ta’ Maurizio Sarri. Zola kien għamel seba’ snin jilgħab fi Stambford Bridge fejn skorja 80 gowl…

Aktar