Futbol internazzjonali
It-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tasal Malta

It-Tazza tad-Dinja tal-FIFA waslet f’Malta iktar kmieni llum. Kien eżatt fl-10.30am meta l-ajruplan li kien qed iġor it-trofew prestiġjuż tat-Tazza tad-Dinja niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. L-ajruplan wasal wara titjira diretta minn Baku l-Ażerbajġan hekk kif Baku l-bieraħ ospitat ukoll tappa mill-FIFA World Cup trophy Tour by Coca Cola.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca akkumpanjata miċ-Chief Operating Officer tal-kumpanija General Soft Drinks Co Ltd Maria Micallef avviċinaw l-ajruplan u telgħu abbord fejn kienu milqugħa mill-Ambaxxatur tal-FIFA u ex Champion tad-Dinja li għolla dan it-Trofew fl-1998 ma’ Franza Christian Karembeu.

Hemmhekk it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA inkixfet uffiċjalment għall-ewwel darba f’Malta. Wara li segwew ir-ritratti uffiċjali skond il-protocol, il-President ta’ Malta, Christian Karembeu flimkien ma’ Maria Micallef indirizzaw lil-media lokali. Preżenti wkoll għal din il-konferenza stampa kien hemm wieħed mill-Viċi President tal-MFA Matthew Paris.

Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali, Futbol lokali

Goal ieħor illum għall-Player internazzjonali Malti Jean Paul Farrugia li skorja ma’ Chiasso fil-kampjoant Svizzeru fit-telfa tat-team tiegħu 4-1 kontra Aarau. Chiasso jilgħabu fit-tieni Diviżjoni tal-kampjonat fl-Iżvizzera u bħalissa jinsabu…

Futbol internazzjonali

Fil-logħob illi ntlagħab tard il-Ħamis filgħaxija, Napoli spiċċaw maħsuda f’darhom, u Atletico Madrid flimkien ma’ AEK Athens għandhom sieq ġewwa fil-fażi li jmiss. Steaua Bucharest 1  Lazio 0 Telfa għal…

Futbol internazzjonali

Crvena Zvezda 0  CSKA Moscow 0 F’logħba li ntlagħbet nhar it-Tlieta li għadda, Crvena Zvezda u CSKA Moscow ħallew kollox għat-tieni leg meta ma rnexxilhomx isibu x-xibka avversarja, u spiċċaw…

Futbol internazzjonali

UEFA Champions League: l-Erbgħa filgħaxija żewġ partiti oħra tal-ewwel leg tar-Round tas-16. L-iktar konfront mistenni ra liċ-champions Ewropej Real Madrid jirkupraw minn goal minn taħt fis-Santiago Bernabeu biex jirbħu 3-1…

Aktar