International Sports
Tazza tad-Dinja tal-Isnowboard: Jirbħu Tim Mastnak u Nadya Ochner

Fit-Tazza tad-Dinja tal-iSnowboard, l-Isloven Tim Mastnak u t-Taljana Nadya Ochner rebħu l-unuri fil-kategoriji tal-irġiel u n-nisa rispettivament. Il-kompetizzjoni tal-Giant Slalom saret fil-villaġġ Taljan ta’ Carezza, b’Mastnak, li għandu 27 sena, irnexxielu jirbaħ quddiem l-Awstrijaċi Benjamin Karl, Sebastian Kislinger u Andreas Prommegger.

It-Taljana ta’ 25 sena, Nadya Ochner, irnexxielha tegħleb l-isfida tar-rebbieaħa tas-sena li għaddiet u ċ-champion Olimpika tal-Olimpjadi tax-Xitwa, Ester Ledecka, li spiċċat it-tieni, bil-Ġermaniża Ramona Hofmeister tispiċċa t-tielet.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Ir-rebħa tas-super-maxi jott Wild Oats XI reġgħet qiegħda f’nofs kontroversja, wara li issa, l-iskipper Mark Bradford u s-sid Peter Harburg tal-jott Black Jack qegħdin jipprotestaw li l-jott Wild Oats XI…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott Awstraljan Wild Oats XI rebaħ id-disa’ unur tiegħu fit-tellieqa Sydney – Hobart kmieni l-Ġimgħa filgħodu. Din kienet waħda mill-aktar tlielaq missielta li seħħew fl-aħħar snin, bil-jott Awstraljan jaqbeż…

Ibburdjar

Is-super-maxi jott minn Hong Kong, Scallywag, spiċċa kellu jirtira mit-tellieqa Sydney – Hobart meta kien jinsab fir-raba’ post. Il-jott li huwa ta’ Seng Huang Lee irnexxielu jaqbeż Sydney Heads meta…

Ibburdjar

Is-super-maxi Awstraljan, Black Jack, jinsab fuq quddiem fit-tellieqa Sydney – Hobart. F’din l-74 edizzjoni ta’ waħda mill-aktar tlielaq prestiġġjużi fid-dinja tal-ibburdjar, Black Jack kien l-ewwel wieħed li dar ma’ Sydney…

Aktar