Sports Internazzjonali
Tazza tad-Dinja tal-Isparar (ISSF) – Makela-Nummela tirbaħ il-finali tat-Trap tan-nisa

It-Tlieta waranofsinhar fis-Siġġiewi, saret il-finali tat-Trap tan-nisa fejn il-Finlandiża Satu Makela-Nummela rebħet il-finali meta laqtet 44 plattina minn 50. Fit-tieni post spiċċat il-Ġermaniża Katrin Quooss li laqtet 41 plattina, filwaqt lir-Russa Ekaterina Rabaya laqtet tletin waħda minn ħamsin. Aktar kmieni kienet ukoll fl-azzjoni t-tiratriċi Maltija Mikaela Galea li ida ma rnexxiliex tagħmilha għall-finali meta minn ħames rounds hija laqtet 99 plattina minn possibilment 125. L-aħjar round tagħha kien ir-raba’ wieħed fejn laqtet 23 minn 25 plattina.

Aktar kmieni t-Tlieta daħlu wkoll fl-azzjoni t-tiraturi rġiel tat-Trap, fejn l-aħjar li mar fuq iż-żewġ rounds s’issa kien Brian Galea li laqat straight fl-ewwel round u 23 plattina fit-tieni wieħed. William Chetcuti laqat 43 plattina minn possibilment ħamsin fuq żewġ rounds, fejn fl-ewwel wieħed laqat 22 u fit-tieni laqat 21 plattina. William Chetcuti u Brian Galea flimkien mat-tliet tiraturi l-oħra, Żaren Attard, Mario Buhagiar u Gianluca Chetcuti, jisparaw l-aħħar tliet rounds l-Erbgħa filgħodu mit-8:30 ‘l quddiem b’xandira diretta fuq TVM2 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula 1: Illum ħarġet l-aħbar li s-sewwieq tal-F1 l-Messikan Sergio Perez se jkun qed jibqa’ mal-Force India anke matul l-istaġun 2019. Din l-aħbar kienet ikkonfermata wkoll mit-team stess hekk kif skond…

Formula 1

L-erba’ darbiet ċampjin tal-Formula 1 Lewis Hamilton, fi tmiem din il-ġimgħa jista’ jagħmilhom ħamsa fl-Istati Uniti, fuq iċ-ċirkwit t’Austin. Il-Brittaniku jinsab ftit punti ‘l bogħod milli jilħaq ir-rekord tal-Arġentin Juan…

Formula 1

Skont is-sewwieq Fernando Alonso, id-dinja xejn mhija impressjonata b’dak li qiegħed jiġri fil-Formula 1, u hemm bżonn li ċertu strateġiji jerġgħu jiddaħħlu sabiex jagħmlu dan l-isport aktar interessanti. Alonso ser…

Sports Internazzjonali

Ir-Russu Khabib Nurmagomedov sfida lil Floyd Mayweather għall-ġlied. Nurmagomedov, li għadu frisk mir-rebħa fuq Conor McGregor, biex issa għandu 27 rebaħ konsekuttiva mingħajr l-ebda telfa, jista’ jkun li għandu futur…

Aktar