Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2019: L-Iżvezja jippreżentaw l-iskwadra u l-flokk b’differenza li ser jilagħbu bih

It-tim Żvediż tan-nisa kien imħabbar fi Stokkolma l-Ħamis 16 ta’ Mejju u fi ftit tal-jiem oħra ser imur Franza għat-Tazza tad-Dinja tan-nisa. L-aħbar interessanti hi li dan it-tim ser ikun qiegħed jilbes flokk iddisinjat apposta b’personaġġi femminili magħżula mill-players infushom.

F’eżerċizzju li sar aktar kmieni, il-players kienu mistoqsija liema nisa oħra jispirawhom, u n-nisa msemmija kienu parti min-numru fuq wara tal-flokk f’logħba ta’ ħbiberija kontra l-Ġermanja. Jidher li dan l-esperiment kien suċċess kbir u għaldaqstant ser ikunu qegħdin jilbsu dawn il-flokkijiet fi Franza.

Fost il-personaġġi nisa li spiċċaw fuq wara tal-flokkijiet tat-tim nazzjonali, hemm il-Prinċipessa Victoria kif ukoll l-ex player Lotta Schelin.

L-Iżvezja ser tilgħab l-ewwel logħba kontra ċ-Ċili, imbagħad fl-istess grupp jilagħbu kontra t-Tajlandja u fl-aħħar kontra ċ-champions renjanti l-Istati Uniti. It-Tazza tad-Dinja ser tibda fis-7 ta’ Ġunju u l-logħob ser jintwera’ dirett fuq TVM2.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Wara t-telfa kerha tat-Tlieta li għadda ta’ Real Madrid fi Franza kontra Paris St Germain bi skor ta’ 3-0, teżisti possibbiltà kbira li ġganti Spanjoli jneħħu lill-kowċ tagħhom Zinedine Zidane….

Futbol internazzjonali

L-ex plejer professjonali Olandiż Kelvin Maynard inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar meta żewġ persuni fuq mutur għaddew minn mal-karozza tiegħu sparaw tiri li laqtuh u ħallewh tal-post. Maynard hu ex…

Futbol internazzjonali

Il-President tal-FIFA Gianni Infantino għal darb’oħra reġa’ ħeġġeġ lill-Iran sabiex in-nisa jitħallew jidħol fl-istadiums sabiex isegwu l-futbol. Dan l-appell mingħand Infantino wasal ftit tal-jiem qabel mal-Iran jilqgħu f’darhom lill-Cambodia, u…

Futbol internazzjonali

UEFA EUROPA LEAGUE 2019/20 MATCH DAY 1 – Il-Logħbiet tad-9pm Grupp G FC Porto 2 – 1 Young Boys Rangers – 1 – 0 Feyenoord Grupp H RCD Espanyol 1…

Aktar