Futbol internazzjonali
Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2019: Titħabbar l-iskwadra Franċiża

Il-coach tat-tim nazzjonali Franċiż tan-nisa, Corinne Diacre, għażlet l-iskwadra uffiċjali għat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa li ser issir fil-pajjiż stess. Din hija l-ewwel darba li Franza ser tospita dawn il-logħbiet li ser jintlagħbu f’disa’ stadiums differenti, fosthom fi bliet bħal Pariġi, Lyon u Rennes.

Il-captain Amandine Henry ser tkun qiegħda tmexxi lit-tim, fejn diversi players mill-iskwadra li ħadet sehem fl-aħħar Tazza tad-Dinja reġgħu ġew mgħajta fit-tim.

L-attakkanta ta’ PSG, Marie-Antoinette Katoto ma kenitx mgħajta mat-23, ommissjoni sorprendenti meta l-Franċiża kienet l-aqwa skorer f’dan l-istaġun bi 22 gowl. Skont il-coach Diacre, Katoto kellha xi ħaġa nieqsa meta kkumparata mal-players l-oħra, biss ħalliet il-bieb miftuħ għall-futur.

It-tim nazzjonali tan-nisa Franċiż għandu l-għan li jirreplika s-suċċess li kiseb it-tim tal-irġiel fit-Tazza tad-Dinja tas-sena li għaddiet, meta kienu rebħu l-kompetizzjoni kontra l-Kroazja fil-finali. It-tim nazzjonali tan-nisa s’issa għadu qatt ma’ rebaħ it-Tazza tad-Dinja, b’Diacre qiegħda tittama li l-fatt li ser jilagħbu f’pajjiżhom tgħin lill-players sabiex jagħtu dik ix-xi ħaġa aktar li tista’ tagħmel id-differenza kollha.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Kulħadd jaf li l-Urugwajan Luis Suarez jitqatel waqt logħba futbol. Jagħmel minn kollox biex jiskurja, u jekk kemm-il darba ma jirnexxilux isib ix-xibka, jipprova kull tip ta’ manuvra sabiex b’xi…

Futbol internazzjonali

Italja 2  Ċina 0 Gowl f’kull taqsima kienu d-differenza bejn l-Italja u ċ-Ċina, b’tal-ewwel jgħaddu għall-kwartifinali tat-Tazza tad-Dinja tan-Nisa. L-Italja fil-vantaġġ wara kwarta meta Giacinti fetħet l-iskor, u Galli rduppjat…

Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Kroazja 3 Ingilterra 3 Il-Kroazja u l-Ingilterra temmew l-impenji tagħhom fi Grupp Ċ bi draw f’logħba movimentata u t-tnejn li huma spiċċaw ħadu punt wieħed biss f’dan il-grupp….

Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Ċili 0 Urugwaj 1 L-Urugwaj rebħu Grupp Ċ meta fl-aħħar logħba għelbu liċ-Ċili bl-iskor ta’ 1-0. L-Urugwajani damu jistennew sat-82 minuta biex fetħu l-iskor meta Cavani sab ix-xibka,…

Aktar